- Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-punt ta’ kuntatt f’pajjiżi)?
- B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:
- Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, min iħallas l-ispejjeż?
- Jekk ikolli bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?
- Huwa pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti fiżikament?
- Se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħi - jew is-saħħa/korrimenti tiegħi se jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?
- Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Bejn wieħed u ieħor, kemm iddum biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?
- B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni rigward it-talba tiegħi?
- Jekk id-deċiżjoni ma tissodisfanix, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ nikseb assistenza legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?
Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet ta’ assistenza f’kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat. Biex ir-rikorrenti barranin ma jkollhomx għalfejn ifittxu l-korp responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw lill-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali (il-Ministeru Federali għax-Xogħol u għall-Affarijiet Soċjali), li jgħaddi t-talba għal kumpens lill-awtorità t-tajba.
Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-punt ta’ kuntatt f’pajjiżi)?
Tista’, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ assistenza.
B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:
It-talba?
Bi kwalunkwe lingwa Ewropea
Id-dokumenti ta’ sostenn?
Bi kwalunkwe lingwa Ewropea
Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
It-traduzzjonijiet huma bla ħlas għar-rikorrenti. Dawn l-ispejjeż normalment jiġġarrbu mill-awtoritajiet li jiddeċiedu.
Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, min iħallas l-ispejjeż?
M’hemm l-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor għal talbiet ta’ kumpens għall-vittmi fil-Ġermanja.
Jekk ikolli bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?
L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.
Huwa pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti fiżikament?
M’intix intitolat(a) legalment għal interpretu. Madankollu, fil-prattika, l-interpreti huma ta’ spiss użati meta jkunu meħtieġa.
Se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħi - jew is-saħħa/korrimenti tiegħi se jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?
Dawn iċ-ċertifikati huma ġeneralment aċċettati.
Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.
Bejn wieħed u ieħor, kemm iddum biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?
Ma hemm l-ebda risposta definittiva għal din il-mistoqsija, peress li t-tul tal-proċedura tal-kumpens huwa marbut mill-qrib maċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.
B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni rigward it-talba tiegħi?
Normalment id-deċiżjoni tiġi tradotta bil-lingwa nazzjonali rilevanti.
Jekk id-deċiżjoni ma tissodisfanix, kif nista’ nikkontestaha?
Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni fil-proċedura tal-kumpens. Jekk l-appell ma jintlaqax, ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Qorti Soċjali.
Nista’ nikseb assistenza legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
Ir-rikorrenti kollha jistgħu jiksbu assistenza legali fi kwalunkwe ħin, madankollu l-ispejjeż ma jistgħux jitħallsu lura.
Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?
Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Ġermanja li jistgħu jipprovdu assistenza. Is-sit web li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali tajba u huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bl-Ispanjol ukoll: http://www.odabs.org.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.