QORTI TAL-APPELL
(Kompetenza Inferjuri)
ONOR. IMĦALLEF
LAWRENCE MINTOFF
Seduta tal-15 ta’ Lulju, 2020
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Godfrey Calleja bin-numru tal-karta tal-identitá 699446(M)
(l-appellat)
vs.
GlobalCapital Financial Management Ltd (C-30053)
(l-appellanta)
Il-Qorti,
Preliminari
1. Dan huwa appell magħmul mis-socjetà konvenuta GlobalCapital
Financial Management Ltd [minn issa ’l quddiem “is-soċjetà appellanta”] middeċiżjoni mogħtija fit-28 ta’ Marzu, 2018, [minn issa ’l quddiem “id-deċiżjoni
appellata”], mill-Arbitru Għas-Servizzi Finanzjarji [minn issa ’I quddiem “l-
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 2 minn 42
Arbitru”], li permezz tagħha ddeċieda dwar l-ilment tar-rikorrent Godfrey
Calleja [minn issa ’l quddiem “l-appellat”] kif ġej:
“Għaldaqstant, ai termini tal-Artikolu 26(3)(c)(iv) tal-Kap. 555 tal-Liġijiet ta’
Malta, l-Arbitru jordna lil GlobalCapital Financial Management Limited tħallas lillilmentatur is-somma ta’ għaxart elef Euro (€10,000). Peress li l-ilmentatur tilef ilpossibilità li seta’ jinvesti din is-somma għandu jżomm kwalunkwe rikavat u
imgħax li huwa rċieva.
Bl-imgħax legali mid-data ta’ din id-deċiżjoni sad-data tal-ħlas effettiv.
Bl-ispejjeż kontra l-provditur tas-servizz.”
Fatti
2. Il-fatti ta’ din il-kawża jirrigwardaw servizzi finanzjarji reżi mis-soċjetà
appellanta lill-appellat, konsistenti f’parir dwar investiment f’prodott magħruf
bl-isem Lifemark S.A. Secure Income Bond Issue 2 EUR – A1 [minn issa ’l
quddiem “il-prodott Lifemark”] u x-xiri tal-prodott f’isem l-appellat fis-somma
ta’ €10,000. Sussegwentement il-Commission de Surveillance du Secteur
Financier (CSSF) fil-Lussemburg ħatret lil KPMG Advisory S.a.r.l. bħala
amministratur provviżorju ta’ Lifemark S.A. għal perijodu ta’ sitt xhur1 u sSecurity Trustee għamel diversi pagamenti lill-appellat mill-kapital fis-somma
komplessiva ta’ €1,574.93.
1 Ara ittra tal-05.03.10 tas-soċjetà appellanta. a fol. 87 tal-atti tal-arbitraġġ.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 3 minn 42
Mertu
3. L-appellat istitwixxa proċeduri quddiem l-Arbitru permezz tal-preżentata
ta’ lment, fejn talab li tintradd lura lilu mingħand is-soċjetà appellanta ssomma ta’ għaxart elef Euro (€10,000) li huwa kien għadda lis-soċjetà
appellanta, bħala l-provditur tas-servizzi finanzjarji, għall-investiment filprodott Lifemark, u dan flimkien mal-imgħaxijiet bir-rata ta’ 7% għal ħames
snin, li minnhom sar pagament wieħed biss.
4. Is-soċjetà appellanta wieġbet għall-ilment billi eċċepiet is-segwenti: (a) lArbitru ma kellux jieħu konjizzjoni tal-ilment ai termini tal-paragrafu (a) tassubartikolu 21(2) tal-Kap. 555 tal-Liġijiet ta’ Malta; (b) il-preskrizzjoni a tenur
tal-paragrafu (f) tal-artikolu 2156, l-artikolu 2153 u l-artikolu 1222 tal-Kap. 16
tal-Liġijiet ta’ Malta; (ċ) il-casus; (d) is-soċjetà appellanta ma kinitx il-leġittimu
kontradittur; (e) is-soċjetà appellanta ma tistax tinżamm responsabbli għal telf
li seħħ f’investiment li ma kinitx tiġġestixxi; (f) ma kienx minnu li ngħata servizz
jew parir ħażin min-naħa tagħha; (g) is-soċjetà appellanta ma kinitx
responsabbli, jekk l-appellat verament sofra telf.
Is-Sentenza Appellata
5. L-Arbitru wasal għad-deċiżjoni appellata wara li għamel is-segwenti
konsiderazzjonijiet:
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 4 minn 42
“Eċċezzjonijiet preliminari:
L-ewwel eċċezzjoni tal-provditur tas-servizz hija fis-sens li l-Arbitru m’għandux
jieħu konjizzjoni tal-każ għaliex skont l-Artikolu 21(2)(a) tal-KAP. 555 dan l-ilment
kien suġġett għal kawża quddiem qorti jew tribunal fuq l-istess mertu. L-ilmentatur
jispjega li fil-formola tal-ilment kien ħa żball u flok mela l-kaxxa ‘le’, fejn mistoqsi
jekk kienx fetaħ xi kawża fuq l-istess mertu, bi żvista, ittikkja l-kaxxa ‘iva’. (fn. 1 A
fol 133).
L-Arbitru m’għandu l-ebda prova xort’oħra minn naħa tal-provditur tas-servizz li
jrid jipprova l-eċċezzjonijiet li jagħti. Għalhekk l-Arbitru qed jiċħad din l-eċċezzjoni.
Eċċezzjonijiet dwar preskrizzjoni
Il-provditur tas-servizz jagħti tlett eċċezzjonijiet dwar preskrizzjoni skont l-Artikoli
1222(1), 2153 u 2156(f) tal-Kodiċi Ċivili.
Dwar il-preskrizzjoni a bazi tal-Artikolu 1222(1) tal-Kodiċi Ċivili, il-liġi tipprovdi li:
‘L-azzjoni għal rexxissjoni minħabba vjolenza, żball, għemil doluż, stat ta’
interdizzjoni, jew nuqqas ta’ età, taqa’ bil-preskrizzjoni egħluq sentejn (2). Dan
jgħodd ukoll għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjonijiet mingħajr kawża, jew magħmulin
fuq kawża falza.’
Din il-preskrizzjoni ma tapplikax għal dan il-każ għaliex mhux qed isir każ għal
rexxissjoni ta’ obbligazzjoni minħabba vjolenza, żball, eċċ., kif jindika dan l-artikolu
tal-KAP. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Għalhekk din l-eċċezzjoni qed tiġi miċħuda.
Dwar l-eċċezzjoni ai termini tal-Artikolu 2153 tal-Kodiċi Ċivili, fis-sentenza mogħtija
mill-Onorabbli Qorti tal-Appell fil-kawża ‘Carmelo sive Charles Magri vs IlKummissarju tal-Pulizija et’, (Deċiża fil-5 ta’ Ottubru, 1998 – Vol LXXXII.II.751),
dik il-Qorti osservat li l-liġi u l-ġurisprudenza jiddistingwu tliet xorta ta’ danni,
jiġifieri dawk derivanti minn delitt veru u proprju (fejn il-preskrizzjoni hija dik talazzjoni kriminali), dawk derivanti minn ħtija akwiljana (fejn il-preskrizzjoni hija dik
ta’ sentejn), u dawk derivanti minn inadempjenza kontrattwali (fejn il-preskrizzjoni
hija dik ta’ ħames snin). (fn. 2 Ara wkoll ‘Emanuele Cassar vs Marija Ciappara’
(Deċiża mill-Qorti tal-Appell fit-2 ta’ Marzu, 1953).
Imbagħad, il-Qrati tagħna sostnew ukoll: (fn. 3 Go p.l.c. vs Charles Dimech,
PA28/07/2011).
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 5 minn 42
‘Illi l-Qrati tagħna dejjem irritennew illi il-preskrizzjoni ta’ sentejn imsemmija flArtikolu 1917 tal-Ordinanza VII tal-1868 (dak li illum hu l-Artikolu 2153 tal-Kodiċi
Ċivili) hija applikabbli għad-danni extra-kontrattwali jiġifieri dawk li gejjin mhux
minn inadempjenza ta’ obbligazzjoni imma “ex delictu vel quasi”. Meta d-danni
huma “ex contractu” għax ġejjin minn vjolazzjoni ta’ obbligazzjoni, l-preskrizzjoni
hija dik ta’ ħames snin u mhux ta’ sentejn.’
Barra minn hekk, kif intqal fil-kawża Avv Dr. Pio M Valletta pro et noe vs Jeno
Torocsik et, deciza fis-7 t’Ottubru 2016:
‘Il-fatt li f’kawża attur jitlob il-likwidazzjoni ta’ danni ma jfissirx awtomatikament li
allura japplika l-Art. 2153 tal-Kodiċi Ċivili:
Il-preskrizzjoni ta’ sentejn li tolqot l-azzjoni għal danni li ma jkunux kaġunati b’reat
hija applikabbli biss fil-każ ta’ danni indipendenti minn obbligazzjoni kuntrattwali.
(Stivala vs Colombo, PA, 9/1/1953. VOl XXXVII.ii.622)’.
Fil-każ odjern l-ilmentatur ġie mibjugħ prodott finanzjarju kif tindika l-Purchase
Contract Note (fn. 4 A fol 13 u 14) u b’hekk tnisslet obbligazzjoni kuntrattwali bejn
l-ilmentatur u l-provditur tas-servizz. Ġaladarba l-preskrizzjoni ta’ sentejn, skont lArtikolu 2153 hija applikabbli biss ‘fil-każ ta’ danni indipendenti minn obbligazzjoni
kuntrattwali’, u f’dan il-każ kienet teżisti obbligazzjoni kuntrattwali, allura ilpreskrizzjoni akwiljana ma tapplikax għal dan il-każ.
Il-provditur tas-servizz jikkwota u ppreżenta kopja tas-sentenza fl-ismijiet ‘Carmel
Ciscaldi et vs GlobalCapital Financial Management Ltd.’ deċiża mill-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili fil-5 ta’ Mejju 2017, u jonqos milli jsemmi s-sentenza deċiża wara u,
ċioè, dik tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fl-ismijiet: Roland Darmanin Kissaun vs
GlobalCapital Financial Management Ltd. deċiza fl-1 ta’ Gunju 2017, fejn ġie
deċiż li dawn it-tranżazzjonijiet huma ta’ natura kuntrattwali.
L-Arbitru jaqbel mal-aħħar sentenza imsemmija kif ukoll ma’ ġurisprudenza
kostanti li l-preskrizzjoni akwiljana ma tapplikax fejn hemm relazzjoni kuntrattwali
bejn il-partijiet. Kif diġà ġie spjegat, sar bejgħ ta’ prodott finanzjarju wara li
ingħata parir mill-istess provditur tas-servizz u, għalhekk, din l-eċċezzjoni qiegħda
tiġi miċħuda.
L-aħħar eċċezzjoni dwar preskrizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 2156(f) tal-Kodiċi
Ċivili.
L-Artikolu 2156(f) tal-Kap. 16 jipprovdi li l-preskrizzjoni ta’ ħames snin tapplika
għal: ‘azzjonijiet għall-ħlas ta’ kull kreditu ieħor li ġej minn operazzjonijiet
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 6 minn 42
kummerċjali jew minn ħwejjeg oħra, meta l-kreditu ma jkunx jaqa’, skont din il-liġi
jew liġijiet oħra, taħt preskrizzjoni aqsar, jew ma jkunx jirriżulta minn att pubbliku’.
Min jeċċepixxi l-preskrizzjoni jrid jipprova l-perijodu minn meta tista’ tiġi eżerċitata
din l-azzjoni. Kif ingħad fis-sentenza mogħtija fl-ismijiet ‘Stencil Pave (Malta)
Limited vs Dr Maria Deguara noe, (fn. 5 Deċiża mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili nhar
it-30 ta’ Ottubru 2003.)
‘Hija regola ewlenija fil-proċedura li l-prova li l-azzjoni hija preskritta trid issir minn
min iqanqal l-eċċezzjoni, u għalkemm il-parti attriċi tista’ tressaq provi biex tittanta
xxejjen dawk tal-parti mħarrka billi tmieri li għadda z-zmien jew billi ġġib 'il
quddiem provi li juru li l-preskrizzjoni kienet sospiża jew interrotta, il-piż jaqa'
prinċipalment fuq min jallega l-preskrizzjoni. Hi l-parti mħarrka li trid tipprova li lparti attriċi għaddhielha ż-żmien utli biex tressaq il-kawża, u dan minn żmien minn
meta dik il-kawża setgħet titressaq.’
Il-perijodu tal-preskrizzjoni jibda jgħodd minn meta min jipproponi każ, ikun jista’
jeżerċita dik l-azzjoni:
Dan joħroġ ċar mill-artikolu 2137 tal-Kap. 16 li jipprovdi li:
‘Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra tal-liġi, il-preskrizzjoni ta’ azzjoni tibda minn
dak in-nhar li din l-azzjoni tista’ tiġi eżerċitata; mingħajr ma jittieħed qies talistat jew tal-kondizzjoni tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss.’
Il-provditur ressaq bħala xhud waħdieni lil Michael Schembri, li ma jagħmel l-ebda
referenza għal din l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni. Fir-risposta l-provditur tas-servizz
iqis li l-perijodu minn meta għandu jibda jgħodd il-perijodu għall-preskrizzjoni
għandu jkun mill-25 ta’ Lulju 2008, meta inbiegħ il-prodott lill-ilmentatur.
L-Arbitru ma jistax jaqbel ma’ din l-asserzjoni għaliex fil-qasam tas-servizzi
finanzjarji, l-ilmentatur ikun oġġettivament f’qagħda li jibda jieħu azzjoni minn
meta jkun f’pożizzjoni li verament jista’ jezerċita l-azzjoni kontra l-provditur tasservizz. Dan ma jistax iseħħ hekk kif jixtri l-prodott għaliex kieku l-provditur tasservizz jakkuzah b’intempestività jekk mhux ukoll b’vessatorjetà.
Azzjoni tista’ tinbeda f’dan il-qasam meta javveraw ruħhom iċ-ċirkostanzi li jnisslu
konvinċiment fl-ilmentatur li min biegħlu l-prodott ma kienx biegħulu tajjeb u dan
ħafna drabi jiġri meta l-prodott ma jmurx tajjeb jew jibda juri l-inkwiet. Sakemm
dan ma jiġrix, l-ilmentatur għandu kull raġun jassumi li l-prodott ikun inbiegħlu
tajjeb għaliex huwa jkun mar għand financial adviser li kellu fiduċja fih u, għalhekk,
m’għandux għalfejn jaħseb ħażin fih jew li jkollu xi raġuni biex ifittxu legalment.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 7 minn 42
Ħafna drabi ssir referenza għal ġurisprudenza għal tranżazzjonijiet totalment
differenti minn investiment fis-settur finanzjarju u, għalhekk, it-terminu minn
mindu jiġi kkalkolat li setgħet issir l-azzjoni huwa totalment differenti.
Investiment fis-settur finanzjarju huwa wieħed tekniku li jrid jieħu l-korsa taż-żmien
tiegħu biex min jinvesti fih jinduna li jkun jew mar tajjeb jew li ingidem. Il-mument
oġġettiv huwa dak minn meta verament seta’ jagħmel l-azzjoni.
F’dan il-każ, l-ewwel darba li l-ilmentatur seta’ jinduna li l-affarijiet ma kienux
sejrin tajjeb kien fis-sena 2012, iżda peress li l-ilmentatur jgħid li f’dak iż-żmien kien
laqqat il-marda tal-kanċer u kien mar barra għall-kura, kiteb formalment lillprovditur tas-servizz f’Settembru 2013.
Il-provditur tas-servizz jgħid li fl-2010 (fn. 6 Ara affidavit ta’ Michael Schembri filkaż 009/2017) kienet intbagħtet ċirkulari lill-investituri f’dan il-fond biex
jgħidulhom li kienu se jinħatru ‘provisional administrators’ u pproduċa d-dokument
‘MS 2’, iżda ma nġabet l-ebda prova li din iċ-ċirkulari ġiet effettivament mibgħuta
lill-ilmentatur għaliex hija bla isem u bla indirizz.
Għalhekk hemm dubju serju dwar id-data ta’ meta l-ilmentatur sar jaf l-ewwel
darba dwar l-andament negattiv tal-investiment, u meta hemm dubju f’eċċezzjoni
ta’ preskrizzjoni dan id-dubju jimmilita kontra min iqajjem l-eċċezzjoni.
Imma anke kieku kellha tittiehed id-data tal-5 ta’ Mejju 2010, minn meta lilmentatur seta’ jagħmel l-azzjoni, il-preskrizzjoni xorta waħda ġiet interrotta
permezz tal-ittra uffiċjali tat-2 ta’ Lulju 2014, u l-oħra tat-13 ta’ Lulju 2016.
Barra minn hekk, l-Arbitru jinnota wkoll li fl-ittri tal-provditur tas-servizz tat-12 ta’
Novembru 2013, u Diċembru 2014, il-provditur tas-servizz baqa’ jittama lillilmentatur tant li qallu li f’ismu huma ser jibqgħu jissorveljaw l-andament talizviluppi: ‘…we confirm that we are continuing to monitor developments on your
behalf’. (fn 7 Każ Nru. 009/2017, a fol 91,93)
Sal-2016, baqgħu jintbagħtu pagamenti lill-ilmentatur u kien proprju fl-2016, (fn 8
Ibid, a fol 99) li l-provditur għalaq il-pagamenti li kien qed jagħmel lill-ilmentatur
fejn qallu: ‘…we confirm the receipt of the final distribution payment’ (fn 9 Ibid)
Għalhekk, il-provditur tas-servizz baqa’ jittama lill-ilmentatur sal-2016, u issa ma
jistax jgħid li l-ilmentatur seta’ jagħmel l-azzjoni minn dakinhar li ffirma l-kuntratt.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 8 minn 42
Għal dawn ir-ragunijiet, l-Arbitur hu tal-fehma li l-provditur tas-servizz ma
rnexxilux jipprova li l-każ huwa preskritt u, għalhekk, l-Arbitru qed jiċħad leċċezzjonijiet dwar preskrizzjoni.
L-eċċezzjoni li l-provditur tas-servizz mhux il-leġittimu kontradittur hija waħda
frivola għaliex il-provditur tas-servizz kien qed jaġixxi bħala kumpanija awtorizzata
mill-MFSA biex toffri servizzi ta’ investiment u aġixxiet bħala prinċipal fil-konfront
tal-ilmentatur meta biegħitlu l-prodott tal-Lifemark. Imkien ma ġie ippruvat millprovditur tas-servizz li meta kien qed isir il-bejgħ tal-Lifemark, il-provditur tasservizz qal lill-ilmentatur li kien qed jaġixxi f’isem ħaddiehor. Dan qed jintqal issa
biex il-provditur tas-servizz jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu. Kien hemm relazzjoni
ġuridika bejn l-ilmentatur u l-provditur tas-servizz u, għalhekk, il-provditur tasservizz huwa l-leġittimu kontradittur.
Lanqas l-eċċezzjoni l-ohra, li tgħid li l-provditur tas-servizz ma kienx hu li qed
jiġġestixxi l-prodott imma aġixxa ‘bhala intermedjarju’ għal ħaddiehor, ma tista’
tiġi milqugħa. L-ilmentatur ingħata l-parir u nbiegħ lilu l-prodott mill-provditur tasservizz u l-ilmentatur qed igħid li l-provditur tas-servizz biegħlu prodott b’mod
ħazin (misselling) u qed ifittxu proprjament f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-provditur
tas-servizz irid iwieġeb għal għemilu.
Dwar dak li jgħid il-provditur tas-servizz li dan huwa każ ta’ ‘casus’, l-Arbitru ma
jaqbilx ma’ dan għaliex f’każ fejn qed jiġi allegat bejgħ ħażin tal-prodott, l-analiżi li
għandha ssir hija dik li tirrigwarda dak li ġara qabel u waqt il-bejgħ ta’ prodott u
mhux dak li ġara wara. Jista’ jseħħ bejgħ ħażin ta’ prodott anke jekk il-prodott
imur tajjeb imma normalment f’dawk iċ-ċirkustanzi ħadd ma jqajjem l-ilment; jista’
wkoll prodott jinbiegħ tajjeb u jfalli u f’dak il-każ l-ilmentatur ma jkollu l-ebda
rimedju. Għalhekk, l-analiżi trid issir x’ġara qabel u waqt il-bejgħ tal-prodott u,
għalhekk, ma jistax ikun każ ta’ casus. Il-prodvitur tas-servizz jinstab li jkollu l-ħtija
jekk jinstab li biegħ il-prodott ħażin u mhux x’ġara lill-prodott. Huwa proprju dan li
qed jitlob l-ilmentatur: li l-provditur tas-servizz jiġi sindikat jekk biegħx il-prodott
ħażin jew le.
Dwar in-ness bejn ir-responsabbiltà u d-danni, l-Arbitru jagħmel referenza għallArtikolu 26 tal-KAP. 555 tal-Liġijiet ta’ Malta, fejn l-Arbitru ingħata l-fakultà li
jagħti kumpens finanzjarju jekk fil-fehma tiegħu l-ilment jiġi ppruvat. Huwa wkoll
fatt magħruf u stabbilit fil-ġurisprudenza illi nuqqas ta’ adempjenza ta’ obbligi
kuntrattwali wkoll tnissel il-ħlas ta’ danni.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 9 minn 42
Il-Kuntest ġuridiku
Meta l-leġiżlatur għadda l-Att XVI tal-2016 (KAP. 555 tal-Ligijiet ta’ Malta) u
waqqaf l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, fl-istess Att stabbilixxa l-parametri legali
kif għandu jiddeċiedi każi li jkollu quddiemu. Fl-Artikolu 19(3)(b)(ċ) il-leġiżlatur ried
li l-Arbitru ‘jiddeċiedi u jagħti ġudizzju fuq ilment b’referenza għal dak li, filfehma tiegħu, ikun ġust, ekwu u raġonevoli fiċ-ċirkustanzi partikolari u merti
sostantivi tal-każ.’
Irid ukoll iqis, ‘l-aspettattivi raġonevoli u leġittimi tal-konsumaturi u dan
b’referenza għaż-żmien meta jkun allegat li jkunu seħħew il-fatti li jkunu taw lok
għall-ilment’.
L-Arbitru mhuwiex marbut u limitat mar-regoli stretti tal-Kodiċi Ċivili fejn il-partijiet
dejjem tqiesu fuq l-istess livell negozjali. Mal-milja tas-snin, il-leġiżlatur beda jagħti
protezzjoni akbar lill-konsumatur peress li tqies li huwa l-parti l-aktar vulnerabbli
għaliex ma jkollux l-istess għarfien u ma jkunx fuq l-istess livell negozjali bħal
kummerċjant.
Dan anke inħass fuq livell komunitarju permezz tad-Direttiva 93/13 li ġiet
inkarnata fil-KAP. 378 (l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur) tal-Liġijiet tagħna
speċjalment fejn jidħlu termini inġusti f’kuntratti mal-konsumatur.
Dan ġie rifless anke fil-ġurisprudenza tagħna fejn il-Qorti tal-Appell spjegat u
sostniet dawn l-iżviluppi. (fn 9 Ara per eżempju, F. Advertising Ltd. vs Simon Attard,
QA, 21 ta’ Mejju, 2010; F. Advertising Ltd vs Anthony Tabone et, QA, 9 ta’ Jannar
2009)
Il-leġiżlatur daħħal ukoll leġiżlazzjoni speċjali fil-qasam tas-settur finanzjarju bħal,
per eżempju, l-Investment Services Act li taħtha ħarġu diversi regoli mill-Malta
Financial Services Authority (MFSA) li jorbtu lil Licence holders bħalma huwa lprovditur tas-servizz odjern.
Imma, forsi fejn qabel dawn ir-regoli kellhom enfasi fuq l-aspett regolatorju u ma
kienux jagħtu rimedju dirett lill-investitur, issa l-legiżlatur ta l-fakultà lill-Arbitru li
biex jasal għall-ġudizzju tiegħu jutilizza dawn l-istrumenti leġiżlattivi ġodda li kienu
żviluppi sostanzjali fuq il-liġi ġenerali. Fil-fatt, il-leġiżlatur jiggwida lill-Arbitru biex:
‘jikkunsidra u jieħu kont, b’dak il-mod u sakemm huwa jidhirlu xieraq, ta’ liġijiet
applikabbli u rilevanti,
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 10 minn 42
- regoli u regolamenti, b’mod partikolari dawk li jirregolaw l-imgiba ta’ provditur ta’
servizz, inkluż linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet supervizorji nazzjonali u talUnjoni Ewropea,
- il-prassi segwita f’oqsma finanzjarji,
- u l-aspettattivi raġonevoli u leġittimi tal-konsumaturi u dan b’referenza għażżmien meta jkun allegat li jkunu seħħew il-fatti li jkunu taw lok għall-ilment.’ (fn 10
KAP. 555, Art 19(3)(ċ))
Il-Qrati tagħna wkoll ilhom jinnutaw li fejn tidħol relazzjoni bejn konsumatur u
kummerċjant, il-kuntest ġuridiku inbidel u l-kuntratt ta’ bejgħ ta’ prodott jew għoti
ta’ servizz huwa regolat minn normi ġodda li taw definizzjoni ġdida lill-prinċipju
tal-pacta sunt servanda. (fn 11 Ara Raymond Camilleri et vs Touring Mediterraneo
Ltd., QA, 6 t’Ottubru 2010)
Fejn ikun jirriżulta li ntużaw standard form contracts u ntuzaw termini inġusti, ilkuntratt jieħu dimensjonijiet ġodda u dan għaliex ukoll ir-rapport negozjali ikun
wieħed żbilanċjat li ma jirriflettix dik il-libertà sħiħa li suppost ikollhom ilkontraenti meta jkunu qed jiftiehmu t-termini tal-kuntratt.
F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-KAP. 378 jipprevali kemm fuq il-Kodiċi Ċivili kif ukoll fuq
il-Kodiċi tal-Kummerċ.
Kuntratt ta’ għoti ta’ servizz jew bejgħ ta’ prodott finanzjarju huwa wieħed
speċjalizzat fejn il-kummerċjant jitqies li huwa l-espert li jrid jiggwida lillkonsumatur. Il-konsumatur ifittex dan is-servizz għaliex waħdu ma jkunx jista’ jasal
biex jagħmel deċiżjoni għaqlija ta’ kif jagħmel l-aħjar introjtu mill-kapital tiegħu blanqas riskju għall-istess kapital.
U f’dan ir-rigward, ir-Regoli (fn. 12 Investment Services Rules-Standard Licence
Conditions) jagħmlu distinzjoni netta bejn investitur professjonali u investitur żgħir
(retail client). Dan tal-aħħar għandu jingħata protezzjoni speċjali, fosthom, billi jrid
isir l-assessjar tiegħu mill-provditur tas-servizz u jinbiegħlu l-prodott biss jekk ikun
verament addattat għaċ-ċirkostanzi tiegħu, għall-profil ta’ riskju tiegħu u anke
jirrispetta l-aspirazzjonijiet tiegħu meta jkun dieħel f’dak l-investiment.
Irid jiġi nnutat ukoll li l-KAP. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta tiddefinixxi ‘diliġenza
professjonali’ b’dan il-mod:
‘"diliġenza professjonali" tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura li kummerċjant huwa
raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 11 minn 42
prattika onesta fis-suq u, jew mal-prinċipju generali tal-bona fede fil-qasam ta’
attività tal-kummerċjant.’ (fn. 13 KAP.378, Art. 51A)
Hawn il-legiżlatur kien qed jikkristallizza prinċipji ġenerali tad-dritt li kienu stabbiliti
snin qabel u li jigganċjaw il-liġi speċjali ma’ prinċipji ġenerali tad-dritt iżda
enunċjati b’mod aktar enfatiku.
Huwa f’dan il-kuntest ġuridiku li l-Arbitru għandu jqis dan il-każ.
Fil-Mertu
L-ilmentatur bażikament qed igħid li nbiegħlu prodott b’mod ħażin, ma kienx
addattat għall-profil tar-riskju tiegħu u lanqas kien jirrispekkja l-aspettativi
leġittimi tiegħu meta għamel dan l-investiment għaliex huwa ried prodott mhux
riskjuż. L-għan tiegħu kien li l-kapital jiġi investit fi prodott sikur biex ikunu jista’
jżid id-dħul mal-pensjoni biex jgħix ħajja ftit aktar komda.
Il-provditur tas-servizz jgħid li l-prodott kien low risk u li kien addattat għallilmentatur. Apparti dan, isemmi l-casus u avvenimenti li ma kellux kontroll fuqhom.
L-Arbitru jrid jiddeċiedi dan l-ilment b’referenza għal dak li fil-fehma tiegħu
huwa ġust, ekwu u raġonevoli fiċ-ċirkustanzi partikolari u merti sostantivi talkaz. (fn. 14 KAP 555, Art. 19(2)(b))
Sabiex l-Arbitru jkun jista’ jagħti ġudizzju fuq ilment b’referenza għal dak li, filfehma tiegħu, ikun ġust, ekwu u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari u merti
sostantivi tal-kaz, (fn. 15 KAP. 555 Art. 19(3)(b)) irid jara kemm il-profil talilmentatur, kif inbiegħ il-prodott u wkoll, in-natura tal-prodott li nbiegħlu u jekk
kienx addattat għaċ-ċirkostanzi tiegħu u jilħaqx l-aspettattivi tiegħu.
Il-Prodott Lifemark S.A. Secure Income Bond 2 EUR (fil-qosor l-SIB)
Dan il-prodott, l-SIB, kien ibbażat fuq negozju fil-pensjonijiet dwar il-ħajja fis-suq
Amerikan. Dan il-każ jittratta dwar il-bejgħ tal-prodott Keydata International
Secure Income Bond, li kif jidher mill-brochure (fn. 16 Dan il-brochure ma ġiex
ippreżentat mill-partijiet iżda fl-analiżi tiegħu tal-prodott, l-Arbitru analizza dan ilbrochure li hu fil-pussess tal-Uffiċċju tal-Arbitru) ippronunzja ruħu bl-aktar mod
enfatiku u b’tipa kbira li jagħti qligħ ta’ 7.5% kull sena fl-iSterlina u 7% fis-sena fidDollaru u l-Ewro għall-perijodu ta’ ħames snin.
Is-Secure Income Bond Fund (SIB) kien investiment tal-kategorija asset-backed
securities. Mingħajr ma wieħed joqgħod jidħol fid-dettal tal-istruttura legali (u
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 12 minn 42
kumplikata tiegħu), l-SIB kien jinvesti f’bonds (security bonds) li l-assi underlying
tagħhom kienu poloz tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja ta’ individwi Amerikani.
Dan il-prodott, fost affarijiet oħra, falla għaliex l-analiżi tal-aspettattiva talħajja/mewt tal-life-assured ma kienetx korretta. Aktar ma wieħed idum ħaj, aktar
irid idum iħallas premium biex il-polza tibqa’ ħajja inkella titlef fil-valur. Dan joħloq
problema ta’ likwidità biex tkompli ssostni finanzjarjament il-mudell kompost minn
diversi poloz ta’ assikurazzjoni fuq il-ħajja.
Dan kien riskju li ħafna analisti ma tawx każu. Imma kien, fil-fatt, aspett importanti
ħafna. Minħabba l-avvanzi fil-mediċina, ħafna nies jibqgħu jgħixu għal żmien itwal
u b’hekk il-premium irid idum jitħallas għal numru ta’ snin aktar.
Jekk l-analisti u nies professjonali li kellhom esperjenza biex janalizzaw dawn ilprodotti ma waslux għal dan, allura lanqas wieħed jistenna li retail investor,
bħalma hu l-ilmentatur, kellu jkun f’qagħda li jagħmel dan.
Apparti l-fatt ukoll li l-isem SECURE INCOME BOND jagħti lill-investitur bla
esperjenza x’jifhem li l-investiment huwa wieħed sikur u bla riskji, jew riskji baxxi
u limitati.
Fil-fatt, hekk xehed l-ilmentatur li l-isem Secure Income Bond tah x’jifhem li kien
prodott bla riskji.
Jekk wieħed iħares lejn il-brochure tipiku tal-SIB jara li mal-ewwel faċċata, bi
prominenza kbira, hemm rati tajba ta’ dħul (Annual Income Over 5 Years), ritratt
kbir ta’ lighthouse (simbolu tas-sigurtà) u b’indikazzjoni ta’ x’inhuma l-benefiċċji u
l-kwalità tal-prodott:
‘Aims to provide return of capital after 5 years:
Bond invests in cash and assets by institutions rated ‘A’ or better by Standard and
Poor’s or equivalent;
Quarterly income option available’
Għalkemm fl-istess brochure jissemma li jista’ jkun hemm xi riskju għall-kapital, u
jista’ jkun hemm xi tnaqqis fl-aħħar jew jekk tiġbed l-investiment qabel, però lenfasi qiegħda fuq il-benefiċċji li kien joffri dan il-prodott.
Taħt it-titolu Benefits at a Glance hemm dan it-test:
> Early investment bonus of 4%
> An investment with NO Stock Market Exposure
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 13 minn 42
> Investing in cash and assets issued by institutions rated ‘A’ or better by
> Standard & Poor’s or equivalent
> Available via banks, stockbrokers and direct investment
> Low minimum investment – Only GBP10,000 / USD20,000 / €10,000
> The bond will be listed on the Luxembourg Exchange
> The issue is regulated and authorised by the CSSF the Financial Regulator in
Luxembourg
Hemm ukoll dan b’tipa kbira: ‘A lower risk profile and a higħer level of
income allows you to receive the income you need without the worry of
stock market falls.’
• Il-brochure jgħid ukoll li jista’ jkun hemm riskju għall-kapital.
Il-prodott kellu r-riskji – il-kapital ma kienx garantit, u kif kien se jmur kien pjuttost
ibbażat fuq il-performance ta’ prodotti oħra simili ta’ dak iż-żmien, apparti lmudelli matematiċi u l-assumptions li jiġu ma’ dawn il-mudelli.
Ir-riskji kif deskritti forsi kienu jagħtu l-impressjoni li ma kienux ivarjaw wisq minn
uħud mill-prodotti l-oħra ta’ investiment li forsi kienu qed jiġu offruti lil investituri
oħra. Il-prodott fl-ebda mument ma kien iwiegħed protezzjoni assoluta għallkapital.
Però ma jistax jitqies li dak iż-żmien li nbiegħ l-SIB, kien investiment b’riskju baxx.
Anzi, kien investiment f’kategorija ta’ riskju medju għal riskju għoli.
Dan mhux qed jingħad with the benefit of hindsight, imma għaliex in-natura talprodott – li jinvesti f’bonds li jinvestu f’poloz tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja – u listruttura innifisha tal-investiment kienu jagħmlu l-SIB investiment riskjuż li ma
kienx addattat għal retail investors kif kien l-ilmentatur.
Dawn it-tip ta’ investimenti huma Asset-Backed Securities li huma prodotti
kumplessi u ta’ riskju għoli.
Meta l-MFSA, li hija r-regolatur f’dan il-qasam, rat li kienu qed jinbiegħu prodotti li
huma Asset-Backed Securities bħal dan il-prodott, interveniet billi ħarġet:
Warning to prospective investors about Asset-Backed Securities bħalma hu lLifemark, fejn qalet: (fn. 17 MFSA – Consumer Media Release Ref: 05-2009
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 14 minn 42
13/11/2009. Ara wkoll MFSA – Securities Unit: Circular Letter regarding sale of
complex financial instruments by Investment Services Licence Holders 11/2/2009)
‘The Malta Financial Services Authority (MFSA) has come across local media
adverts, reports and product documentation about investments in ‘bonds’ or ‘fund
accounts’ whose performance is linked to assets, such as life insurance policies or
currencies (referred to as asset-backed investments). By their very nature, these
investments are not easy to understand.
Despite the fact that they may be promoted as ‘alternative’ to traditional or
conventional investments, these are investment opportunities which involve
substantial risks, in particular liquidity risks, whereby the investor may be unable
to sell his investment…’
‘When it comes to redemption (selling) of these investments, these…restrict the
investor from selling his holdings before the investment matures…’
‘Consumers should be aware that the characteristics of these products make
them unsuitable for unsophisticated investors. These products are generally
considered appropriate for investors who have experience and knowledge to
understand how these financial instruments work and can afford to take the
relevant risks.’
Li qalet l-MFSA kien proprju deskrizzjoni tal-prodotti li kienu qed jinbiegħu (bħalLifemark) u r-riskji li rat l-MFSA kienu diġà jeżistu fil-prodotti li nbiegħu, u li lprovdituri tas-servizz kienu jew konxji tagħhom u xorta biegħu il-prodotti, jew
m’għamlux due diligence serju tal-prodott qabel ma biegħuh. Fiż-żewġ xenarji, ilprovditur tas-servizz iġorr responsabbiltà.
Kif inbiegħ il-Prodott u r-Regoli li kienu japplikaw
L-ilmentatur xehed illi kellu 61 sena meta investa fil-Lifemark SIB. Dak iż-żmien kien
għadu kif irtira u ried jara kif iżid xi dħul biex jiżdied mal-pensjoni biex hu u martu
jgħixu ftit aħjar. Il-flus li investa mal-provditur tas-servizz kienu s-somma li ħa maliritirar wara karriera twila jaħdem fiċ-Ċivil u investa nofs is-somma fuq ismu u nofs
fuq isem il-mara:
‘Ngħid li l-għanijiet tagħna …kienu li ninvestu f’kapital li jkun sikur u jħallilna dħul
biex inpatti għad-differenza fin-nuqqas li kien se jkolli bejn il-paga u l-pensjoni;
biex inkunu nistgħu ngħixu fuq l-istess livell ta’ ħajja li konna qed ngħixu u għal li
jista jinqala’.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 15 minn 42
Ngħid li meta kont mort għand il-GlobalCapital kellmitni mara, rappreżentanta talGlobalCapital, però jista' jkun li isimha jissemma f’xi dokumenti.
Jiena ngħid li meta mort biex ninvesti il-GlobalCapital, lir-rappreżentanta kont
għamiltielha ċara x’kienu l-għanijiet tiegħi, li għadni kif semmejt. Ngħid li hi ġiet
mill-ewwel b’dan il-prodott li kienu jismu Secure Capital and Income Bond. It-titolu
tal-bond kien jimplika li hu secure; u għalija secure ma kien fiha l-ebda
interpretation oħra ħlief li jien stajt nafdah u l-kapital kien garantit.
Lili ma offrietlix prodotti oħra imma dan il-prodott biss. Dak il-ħin sar enfasi mirrappreżentanta tal-GlobalCapital li dan kien sikur għaliex kien jinnegozja f’poloz ta’
assikurazzjoni ta’ ħajjiet Amerikani…….
Dwar riskji, nista’ ngħid illi kieku kelli indikazzjoni tal-anqas riskju, jien ma kont
ninvesti xejn f’dan il-prodott. Ngħid li l-investimenti tagħna kienu wieħed
konservattiv, fejn aħna konna nsibu fixed deposit tal-bank fejn il-kapital u l-imgħax
ikunu garantiti.’ (fn. 19 Kaz Nru 009/2017, a fol 70-71)
Din ix-xhieda ġiet korroborata minn TU, mart l-ilmentatur li żiedet tgħid li dak izzmien kienu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa (fn 19 Ibid., a fol 72) peress li lilmentatur kellu marda terminali.
Min-naħa tiegħu il-provditur tas-servizz ippreżenta biss l-affidavit ta’ Michael
Schembri. Jiġi innotat li ma ġabx bħala xhud lil min biegħ il-prodott u Michael
Schembri xehed biss a bażi ta’ dak li sab fil-file.
L-istess xhud jibbaża x-xhieda tiegħu bażikament fuq il-file note u jgħid li
ġaladarba ġiet iffirmata mill-ilmentatur hija xhieda ta’ dak li ġara. Jgħid li a bażi
tiegħu jirriżulta li r-rappreżentant tal-provditur offriet lill-ilmentatur diversi
prodotti; li ġew spjegati lilu d-dettalji ta’ dan il-prodott u huwa kkonferma illi
fehem ir-riskji involuti. Bil-firma tiegħu ‘l-ilmentatur GU kkonferma li kien jaf li linvestiment jista’ jogħla kif ukoll jinżel u li jista’ jkun ukoll illi huwa jirkupra lura
anqas mis-somma investita minnu kif ukoll illi l-passat ma hux garanzija tal-futur’.
(fn. 20 A fol 74).
F’dan ir-rigward GU xehed hekk:
‘Qed nigi riferut għal Dok. B, a fol 14, fejn hemm sensiela ta’ dokumenti, u mistoqsi
dwar il-firma fuq il-File Note tal-investiment, ngħid li qed nagħraf il-firma tiegħi.
Le, dak id-dokument ma qrajtux. Ngħid li dak id-dokument ma qagħdux jaqrawuli u
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 16 minn 42
jispjegawuli; wara l-ispjega u aċċettajt li ninvesti u kkonvinċiena li kien tajjeb
għalina, qaltli: ‘Mela dan li tkellimna u iffirma’, u tawuli biex niffirmah.
Qed nigi mistoqsi dwar il-klawsola li hemm fejn hemm li l-investiment jista’ jitla’ u
jinzel u nista’ ma niehux il-flus tiegħi investiti kollha, ngħid li dik ma qrajthiex u
lanqas qaluhieli; u li kieku qaluhieli, kont ngħid le, ma ninvestix għax riskju ma
kontx lest li niehdu.’ (fn. 21 A fol 134)
Iżid jgħid:
‘Ma niftakarx li tawni l-brochure; niftakar żgur li l-meeting ma ħax tul. Jien ma
niftakarx kemm dam eżatt, però l-aktar li seta’ dam siegħa u f’dak il-ħin ma jistax
ikun li nqraw u ġew spjegati dawk id-dokumenti kollha.’ (fn. 22 Ibid)
L-Arbitru jinnota li l-provditur tas-servizz kellu l-opportunità li jtella’ bħala xhud lil
min biegħ il-prodott u dan seta’ jixhed dwar dak li seħħ waqt il-bejgħ tal-prodott.
L-Arbitru għandu żewġ verżjonijiet quddiemu, waħda tal-ilmentatur li xehed a
scienza propria dak li seħħ u dik ta’ Michael Schembri, li ma kienx preżenti waqt ilbejgħ tal-prodott, u jibbaża biss fuq il-File Note. L-Arbitru jagħti affidament akbar
il-verżjoni tal-ilmentatur għal dawn ir-raġunijiet:
L-ilmentatur kien konsistenti mill-bidu nett li huwa ma riedx jissogra l-flus li rċieva
fi tmiem ta’ karriera twila fiċ-Ċivil, u dan jagħmel sens għaliex l-aspirazzjoni tiegħu
ma kienetx li fl-età ta’ 61 sena jaspira għal tkabbir fil-kapital, iżda ried sors ieħor
ta’ income biex iżidu mal-pensjoni. Huwa verosimili wkoll li f’dawn iċ-ċirkostanzi linvestitur retail ma jkunx irid investiment riskjuż fejn jista’ jitlef flusu u l-ilmentatur
tħajjar ipoġġi flusu f’dan l-investiment għaliex anke l-isem tal-prodott huwa Secure
Income Bond li, għal għal min hu layman bħall-ilmentatur iwassal il-messaġġ li
flusek qed ikunu sikuri.
Jekk wieħed iħares lejn il-File Note (fn. 23 A fol 14) jinnota li dan huwa dokument
ta’ żewġ faċċati miktub b’ittri żgħar li bilkemm jistgħu jinqraw u li fl-essenza tiegħu
huwa dokument ta’ eżoneru għall-provditur tas-servizz. Dwar dak li jgħid ilprovditur tas-servizz li ġaladarba d-dokument ġie iffirmat mill-ilmentatur allura
kien jaf li l-investiment jista’ jitla’ u jinżel, l-Arbitru hu tal-fehma li dan mhux
biżżejjed biex jeskolpa lill-provditur tas-servizz u, f’dan ir-rigward, għandu l-konfort
tal-argumentazzjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (fn. 24 Evelyn Farrugia et vs
GlobalCapital Financial Management Ltd., 11/07/2016) fejn qalet hekk f’każ kważi
identiku għal dan prezenti:
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 17 minn 42
‘Hu minnu illi l-atturi iffirmaw il-contract note però l-Qorti ma tqis illi l-fatt waħdu
tal-firma tikkostitwixxi xi akkwiexxenza tal-konsapevolezza tal-investiment u r-riskji
inerenti u jekk dan kienx addatat għalihom. Dan jingħad għax l-istess contract note
ma tiddefinix ir-riskji u kull ma tgħid hu illi l-investiment jista’ jiżdied u jonqos;
kondizzjoni li tinsab f’kull investiment u in oltre tali kuntratt lanqas inqara jew ġie
spjegat minn min kien qed joħorġu. Wara kollox is-soċjetà konvenuta kellha d-dmir
versu l-klijent li talab is-servizzi tagħha biex tagħtih kull informazzjoni rilevanti biex
tgħinu jasal għal deċiżjoni informata u libera.’ (fn. 25 Ibid)
Dan ir-raġunar huwa floku f’dawn it-tip ta’ kuntratti li huma ferm differenti minn
kuntratti oħra għaliex jitqiesu li huma kuntratti fejn fuq naħa waħda għandek
kummerċjant espert fil-materja, u fuq in-naħa l-oħra klijent żgħir (retail client) li
jekk ma tfiehemux sew, ma jistax jifhem il-kliem tekniku (ħafna drabi ta’ eżoneru) li
jkun fihom dawn il-kuntratti.
Barra minn hekk, qabel ma l-provditur tas-servizz joffri dokumenti għall-firma
għandu jara li skont ir-Regoli (fn. 26 Investment Services Rules – Standard Licence
Conditions, maħruġin mill-MFSA taħt il-KAP. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta) viġenti,
bħala Licence Holder ta’ servizzi ta’ investimenti finanzjarji, qabel jinbiegħ ilprodott jara jekk huwiex idoneju għall-konsumatur.
Regoli u obbligi li jorbtu lill-provditur tas-servizz
Fiż-żmien li inbiegħ il-prodott kienu digà daħlu fis-seħħ l-Investment Services Rules:
Standard Licence Conditions maħruġin mill-MFSA biex jirregolaw l-obbligazzjonijiet
tal-Investment Service Providers (ISP) u kienet digà daħlet fis-seħħ id-Direttiva
MiFID, (fn. 27 Markets in Financial Services Directive 2004/39/EC) li flimkien
jistabbilixxu l-prinċipju kardinali, u li jiġi fuq kull regolament ieħor, jiġifieri li lprovditur irid il-ħin kollu jaġixxi ‘in the best interest of the client’. (fn. 28 MiFID
Rules Art 19, u Investment Services Rules (ISR)-Par B1-Standard Licence Conditions
(SLC), Reg.2)
L-Investment Services Rules - Standard Licence Conditions (ISR-SLC) maħruġin millMFSA jistabbilixxu x’inhu u x’mhux prodott kumpless. Prodott isir kumpless jekk,
fost affarijiet oħra:
1. ma jagħtix libertà lill-investitur jiddisponi jew jifdi l-prodott skont prezzijiet li
huma aċċessibbli pubblikament (fn 31 SLC, Part B1, Reg. 2.26) jew
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 18 minn 42
2. jekk il-karatteristiċi tal-prodott ma jistgħux jiġu mifhuma b’mod faċli millinvestitur retail;
3. u b’hekk ma jkunx f’qagħda li jagħmel deċiżjoni infurmata meta jiġi biex
jinvesti. (fn. 30 Ibid)
Għal dawn ir-raġunijiet, u oħrajn mogħtija aktar ’il fuq, il-prodott Keydata Lifemark
SIB għandu jitqies bħala prodott kumpless.
Peress li l-provditur kien qed jaġixxi f’advisory capacity, ried jagħmel dak li jissejjaħ
Suitability Test fuq l-ilmentatur li, fost affarijiet oħra, jinkludu: l-età, l-impjieg jew
in-nuqqas tiegħu, il-livell ta’ edukazzjoni, l-esperjenza fl-investimenti, jekk qattx
daħal qabel f’investimenti kumplessi, eċċ.
Skont l-Investment Services Rules for Investment Service Providers tal-MFSA,
Suitability Test irid, fost affarijiet oħra, jiddetermina:
i. Jekk il-prodott finanzjarju li jkun ser jigi mibjugħ ‘meets the investment
objectives of the client’;
ii. Jekk il-klijent għandux ‘the necessary experience and knowledge in order
to understand the risks involved in the transaction’;
iii. Jekk il-klijent huwiex ‘financially able to bear any related investment risk
consistent with his investment objectives’. (fn. 31 Ibid, Regoli 2.16 sa
2.20 u 2.22 sa 2.24)
Mix-xhieda tal-ilmentatur jidher ċar li l-aspirazzjoni tiegħu kienet li jkun jista’ jżid
ftit l-income tiegħu mingħajr ma jissogra l-kapital li kien daħħal wara snin twal ta’
servizz fiċ-Ċivil. Ma riedx prodott li seta’ jipperikola l-kapital. Kif jidher mill-analiżi
tal-prodott aktar ’il fuq, il-brochure jindika li dan il-prodott kellu diversi riskji li lArbitru hu konvint li ma ġewx spjegati lill-ilmentatur li qal li lilu ħadd ma spjegalu
dawn ir-riskji għaliex kieku ma kienx jinvesti. Dan huwa kredibbli meta wieħed iqis
il-profil tal-ilmentatur u x’kienu l-aspirazzjonijiet tiegħu fl-età tal-irtirar mix-xogħol.
Għalhekk jidher ċar li l-ewwel kriterju tar-Regoli ’il fuq kwotati ma ġiex sodisfatt u
l-prodott offrut ma kienx jilħaq ‘the investment objectives of the client’.
L-ilmentatur ma kellux ‘the necessary experience and knowledge in order to
understand the risks involved in the transaction’. Huwa kien impjegat taċ-Ċivil għal
snin twal u ma kellux tagħrif dwar dan il-qasam ta’ investiment. Il-fatt li kellux xi
fixed deposit u li l-provditur tas-servizz kien għamillu investiment fis-Societe
General ma kienx jirrendih bniedem ta’ esperjenza li seta’ jifhem ir-riskji abbinati
mal-Lifemark SIB.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 19 minn 42
Finalment, jidher ukoll li l-ilmentatur ma kellux il-‘loss absorption capacity’ biex
ikun jista’ jinvesti f’dan il-prodott. Il-flus li l-provditur tas-servizz investielu f’dan ilprodott kienu l-uniċi flus li kellu l-ilmentatur li ħadhom fit-tmiem tal-impjieg. Ilprovditur wera nuqqas ta’ diliġenza professjonali meta investielu s-somma kollha fi
prodott wieħed meta seta’ investielu l-ammont f’aktar minn prodott wieħed biex
iferrex ir-riskju. U, fuq kollox, l-SIB ma kienx kompatibbli mal-profil tar-riskju talilmentatur.
Għalhekk, il-provditur tas-servizz kiser ir-Regoli 2.16 sa 2.20 u 2.22 sa 2.24 talInvestment Services Rules-Standard Licence Conditions li kienu japplikaw dak iżżmien. A bażi ta’ dan is-Suitability Test, il-provditur tas-servizz ma kellux ibiegħ dan
il-prodott lill-ilmentatur għaliex ma kienx suitable għalih u, għalhekk, il-prodott
inbiegħ ħażin.
Bl-introduzzjoni tal-KAP. 555 tal-Liġijiet ta’ Malta, (fn. 32 Art 19(3)(c)) in-nuqqas ta’
osservanza ta’ dawn ir-regoli ma baqax jitqies biss bħala ħaġa ta’ natura
purament regolatorja, iżda dawn ir-Regoli saru sors importanti normattiv għallArbitru biex ikun jista’ jasal għall-konklużjoni jekk l-ilment huwiex wieħed ġust,
ekwu u raġonevoli.
Il-provditur tas-servizz biegħ dan il-prodott lill-ilmentatur mingħajr ma qies il-profil
tar-riskju tiegħu li kien wieħed konservattiv, in-nuqqas ta’ esperjenza tiegħu kif
ukoll l-età avvanzata li kellu u f’dik l-età ma setax jissogra. Ma tax każ ukoll tassors minn fejn kien ġej il-kapital għall-investiment, cioé, somma flus ġejja minn
irtirar ta’ xogħol li l-ilmentatur kien ilu ħajtu kollha jaħdem għaliha.
B’hekk il-provditur tas-servizz ma qediex l-obbligi kuntrattwali, m’uriex dik iddiligenza professjonali mistennija minnu lejn l-ilmentatur meta biegħlu prodott li
ma kienx addattat għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu; kiser ukoll l-obbligi fiduċjarji
tiegħu Ii jitnisslu min-natura tar-relazzjoni li kien hemm bejn l-ilmentatur u lprovditur tas-servizz.
Il-provditur ma aġixxiex ‘in the best interest of the client’ (fn. 33 SLC 2.01) u ma
qiesx ‘l-aspettattivi leġittimi tal-konsumatur’(fn. 34 KAP. 555, Art 19(3)(c))
Għalhekk, għar-raġunijiet kollha mogħtija f’din id-deċiżjoni, l-ilment huwa wieħed
ġust, ekwu u raġonevoli u qed jiġi milqugħ sakemm dan huwa kompatibbli ma’ din
id-deċiżjoni.
Peress li seħħ misselling tal-prodott, l-ilmentatur għandu kemm jista’ jkun jitpoġġa
fis-sitwazzjoni tiegħu qabel ma investa f’dan il-prodott.”
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 20 minn 42
L-Appell
6. Is-soċjetà appellanta ppreżentat ir-rikors tal-appell tagħha fis-16 ta’
April, 2018, fejn talbet lil din il-Qorti sabiex:
“...tħassar u tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Arbitru Għas-Servizzi Finanzjarji tas-27 ta’
Marzu 2017 fl-ismijiet hawn fuq premessi,u prevja kull ordni oħra li dina l-Onorabbli
jista’ jidrilha xieraq u opportun, tiċħad it-talbiet tal-ilmentatriċi appellata, u tilqa’ leċċezzjonijiet tal-esponenti, bl-ispejjeż taż-żewġ istanzi, kontra l-ilmentatur
appellat.”
Is-soċjetà appellanta tgħid li tħoss ruħha aggravata bid-deċiżjoni tal-ewwel
Qorti għaliex: (1) l-Arbitru applika ħażin il-liġi u/jew il-prinċipji legali dwar ilpreskrizzjoni; (2) l-Arbitru naqas milli jqis il-ħames eċċezzjoni tagħha; (3) lArbitru ma indagax x’kien in-ness kawżali għat-telf ilmentat mill-appellat; (4)
ir-rimedju ma kellux ikun ħlas ta’ dak li effettivament l-appellat tilef; (5) kellha
titnaqqas is-somma ekwivalenti għal 16.1% tal-kapital investit li tħallset mis-
‘Security Trustee’ lill-appellat; (6) id-deċiżjoni appellata kienet msejsa fuq
apprezzament ħażin tal-fatti u tal-provi.
Ir-Risposta tal-Appell
7. L-appellat min-naħa tieħu qed jilqa’ billi jgħid li d-deċiżjoni appellata hija
waħda ġusta u għalhekk timmerita konferma għal dawk ir-raġunijiet li huwa
jispjega fir-risposta tiegħu.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 21 minn 42
Konsiderazzjonijiet ta’ din il-Qorti
8. Din il-Qorti ser tgħaddi sabiex tikkonsidra l-aggravji tas-soċjetà
appellanta flimkien mas-sottomissjonijiet tal-appellat, u dan fid-dawl talkonsiderazzjonijiet magħmula mill-Arbitru fid-deċiżjoni appellata.
L-ewwel aggravju: l-Arbitru applika ħażin il-liġi u/jew il-prinċipji legali
dwar il-preskrizzjoni
9. Is-soċjetà appellanta tirrileva li hija kienet ressqet tliet eċċezzjonijiet firrigward tal-preskrizzjoni, u dan ai termini tal-artikolu 2153, is-subartikolu
1222(2) u l-paragrafu (f) tal-artikolu 2156 tal-Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta. Firrigward tal-preskrizzjoni eċċepita ai termini tas-subartikolu 1222, is-soċjetà
appellanta tissottometti li hija ma taqbilx mal-konklużjoni tal-Arbitru li fil-każ
odjern, “mhux qed isir każ għal rexxissjoni ta’ obbligazzjoni minħabba vjolenza,
żball, eċċ”. Tirrileva li saħansitra l-Formola tal-Ilment tal-appellat, u anki innota ta’ riferenzi tiegħu, kienu jagħmluha ċara li huwa kien qed jilmenta millfatt li l-kunsens tiegħu kien ġie vizzjat. Għalhekk, it-terminu preskrittiv fil-każ
odjern kellu jkun dak a tenur tal-artikolu 1222 tal-Kap. 16. Iżda kellu jiġi
osservat li kemm fl-ittra uffiċjali tat-2 ta’ Lulju, 2014, u anki f’dik tat-13 ta’
Ġunju, 2016, ma kien hemm l-ebda riferiment għall-allegat qerq u/jew ingann
jew għal xi komportament żleali, qarrieqi u doluż, u għalhekk ma kinux
rilevanti għall-kwistjoni ta’ preskrizzjoni. Is-soċjetà appellanta ssostni li skont
is-subartikolu 1222(2) tal-Kap. 16, it-terminu tal-preskrizzjoni jibda jiddekorri
miż-żmien meta l-appellat kien sar jaf li l-investiment tiegħu niżel fil-valur jew
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 22 minn 42
li kien hemm problemi fl-investiment innifsu. Tissottometti li dan kien proprju
f’Marzu 2010 u għalhekk it-talba tiegħu kienet preskritta skont l-artikolu 1222
tal-Kap. 16. Is-soċjetà appellanta mbagħad tgħaddi sabiex tagħmel issottomissjonijiet tagħha fir-rigward tal-preskrizzjoni eċċepita ai termini talartikolu 2153 u l-paragrafu (f) tal-artikolu 2156 tal-Kap. 16, u tgħid li hawnhekk
ukoll ma kinitx taqbel mar-ratio decidendi tal-Arbitru. Tissottometti li skont
dak li jallega l-appellat fil-Formola tal-Ilment tiegħu, u anki kif irriżulta wkoll
mill-provi, l-ilment kien li “il-bejgħ tal-prodott sar b’mod ħażin...”, filwaqt li dak
il-bejgħ seħħ fis-17 ta’ Lulju, 2008, sabiex b’hekk iddekorriet il-preskrizzjoni ta’
ħames snin meta huma għamlu l-ittra uffiċjali tagħhom tat-2 ta’ Lulju, 2014. Issoċjetà appellanta tissottometti li hija applikabbli wkoll il-preskrizzjoni ai
termini tal-artikolu 2153 ġaladarba l-Arbitru ddeċieda li kien seħħ misselling u
b’hekk kien hemm dannu kaġunat minn ksur ta’ regolament li huwa ta’
element tortwuż u mhux kuntrattwali. Tinsisti li l-Arbitru kien żbaljat meta
ddeċieda li jiskarta l-element tortwuż għaliex seta’ kien hemm relazzjoni
kuntrattwali bejn il-partijiet. Tkompli ssostni li fir-rigward tal-preskrizzjoni kif
ukoll fir-rigward tal-mertu, għandha tiġi deċiża l-allegazzjoni li l-bejgħ talprodott ma kienx konformi mal-iStandard Licence Conditions u marRegolamenti dwar l-Investimenti tal-MFSA. Is-soċjetà appellanta tagħmel
riferiment għas-sentenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tal-5 ta’ Mejju, 2017, flismijiet Carmel Ciscaldi vs. GlobalCapital Financial Management Limited in
sostenn tal-argument tagħha, filwaqt li tinnota li l-Arbitru naqas milli jieħu
konjizzjoni tagħha.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 23 minn 42
10. L-appella jwieġeb għall-aggravji dwar il-preskrizzjoni billi jissottometti li
dawn għandhom jiġu miċħuda, filwaqt li jirrileva li huwa kien baqa’ jirċievi limgħaxijiet fuq l-investiment sas-sena 2013.
11. L-Arbitru fid-deċiżjoni appellata ċaħad kull waħda mit-tliet eċċezzjonijiet
ta’ preskrizzjoni mressqa mis-soċjetà appellanta. L-ewwel ikkunsidra leċċezzjoni tal-preskrizzjoni mressqa a tenur tas-subartikolu 1222(1) tal-Kap. 16
u qies li din il-preskrizzjoni ma kinitx tapplika fil-każ odjern għaliex it-talba ma
kinitx għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjoni minħabba vjolenza, żball, eċċ. Għal dak
li jirrigwarda l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni ai termini tal-artikolu 2153 tal-Kap.
16, l-Arbitru osserva li r-relazzjoni ta’ bejn il-partijiet hija waħda kuntrattwali
kif turi l-Purchase Contract Note. Huwa hawnhekk għamel riferiment għassentenza deċiża mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fl-1 ta’ Ġunju, 2017, fl-ismijiet
Roland Darmanin Kissaun vs. GlobalCapital Financial Management Ltd, fejn
qal li kien ġie deċiż li dawn it-tranżazzjonijiet huma ta’ natura kuntrattwali. LArbitru stqarr li huwa kien jaqbel mal-insenjament ta’ dik is-sentenza, u anki
mal-ġurisprudenza kostanti li l-preskrizzjoni akwiljana mhijiex applikabbli għal
każ ta’ relazzjoni kuntrattwali, u b’hekk ċaħad l-eċċezzjoni msejsa fuq ilpreskrizzjoni ai termini tal-artikolu 2153 tal-Kap. 16. Dwar l-aħħar eċċezzjoni
ta’ preskrizzjoni li tistrieħ fuq il-paragrafu (f) tal-artikolu 2156 tal-Kap. 16, lArbitru osserva li s-soċjetà appellanta ma kienet ressqet l-ebda prova firrigward. Madankollu kkunsidra wkoll l-argument tas-soċjetà appellanta li tterminu tal-preskrizzjoni kien beda jiddekorri mid-data tal-bejgħ tal-prodott fil25 ta’ Lulju, 2008. Qal li huwa ma kienx qed jaqbel ma’ dan l-argument, għaliex
l-investitur ikun oġġettivament f’qagħda li jibda jieħu azzjoni meta javveraw
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 24 minn 42
ċirkostanzi li jnisslu l-konvinċiment fih li min biegħlu l-prodott ma biegħx
tajjeb, u dan bosta drabi kien iseħħ meta l-prodott ma jmurx tajjeb jew jinqala’
l-inkwiet. L-Arbitru osserva li hemm dubju serju dwar id-data meta l-appellat
sar jaf l-ewwel darba li l-investiment ma kienx sejjer tajjeb u jgħid li
f’eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni, id-dubju jimmilita kontra min iqajjem tali
eċċezzjoni. Iżda anki jekk wieħed kellu jieħu d-data tal-5 ta’ Mejju, 2010, bħala
dik id-data li l-appellat seta’ fiha jittenta l-azzjoni tiegħu, il-preskrizzjoni f’dak
il-każ kienet ġiet interrotta permezz tal-ittra uffiċjali tat-2 ta’ Lulju, 2014, u
ittra uffiċjali oħra fit-13 ta’ Lulju, 2016. Osserva wkoll li s-soċjetà appellanta
baqgħet tittama lill-appellat billi infurmatu li kienet ser tkompli ssegwi liżviluppi u saħansitra sas-sena 2016 l-appellat baqa’ jirċievi l-pagamenti.
B’hekk l-Arbitru qies li llum is-soċjetà appellanta ma tistax issostni li l-appellat
seta’ jagħmel l-azzjoni tiegħu sa minn dakinhar li huwa kien iffirma l-kuntratt.
12. Din il-Qorti tikkondividi r-ratio decidendi tal-Arbitru. Tibda billi
tikkunsidra l-preskrizzjoni eċċepita mis-soċjetà appellanta ai termini tassubartikolu 1222(2) tal-Kap. 16, li flimkien mas-subartikolu 1222(1) jipprovdi:
“1222(1) Meta l-liġi f’xi każ partikolari ma tistabbilixxix żmien aqsar, l-azzjoni għarrexxissjoni minħabba vjolenza, żball, għemil doluż, stat ta’ interdizzjoni, jew nuqqas
ta’ età, taqa’ bil-preskrizzjoni egħluq sentejn.
1222(2) Dan jgħodd ukoll għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjonijiet mingħajr kawża, jew
magħmulin fuq kawża falza.”
13. Kif jidher mid-diċitura ta’ dan l-artikolu, il-liġi hawnhekk tikkontempla
azzjoni ta’ rexxissjoni. Iżda kif sewwa jagħraf l-Arbitru, it-talba mressqa millappellat mhix għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjoni minħabba waħda miċ-
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 25 minn 42
ċirkostanzi kontemplati minn dak is-subartikolu tal-liġi. Din il-Qorti tagħraf li lqofol tal-azzjoni hija proprju l-allegata inadempjenza kuntrattwali da parti tassoċjetà appellanta li ma mxietx skont ix-xewqat u skont l-istruzzjonijiet talappellat, li qed jitlob mhux ir-rexxissjoni ta’ dik ir-relazzjoni kuntrattwali ta’
bejniethom, iżda l-kumpens għat-telfa mġarrab minnu.
2
L-aħħar paragrafu
intestat “Konklużjoni” fl-ilment tal-appellat, kif imressaq quddiem l-Arbitru,
jagħmel dan kollu ċar.
14. L-artikolu 2153 tal-Kap. 16 jaqra hekk:
“L-azzjoni għall-ħlas tal-ħsarat mhux ikkaġunati b’reat taqa’ bi preskrizzjoni blegħluq ta’ sentejn.”
15. Iżda anki dan l-artikolu tal-liġi, kif osserva l-Arbitru, ma japplikax fil-każ
odjern. Ir-relazzjoni li nħolqot bejn il-partijiet tirriżulta li hija waħda
kuntrattwali u dan jingħad b’riferiment kemm għall-File Note3 datata 17 ta’
Lulju, 2008, kif ukoll għall-Purchase Contract Note4 datata 25 ta’ Lulju, 2008, u
l-Client Confirmation Order5
li saret fit-18 ta’ Lulju, 2008. Dan filwaqt li l-Qorti
tosserva li l-ewwel u l-aħħar dokument għandhom il-firma tal-appellat. B’hekk
il-Qorti tqis li permezz ta’ dawn id-dokumenti nħolqot relazzjoni kuntrattwali
bejn il-partijiet għall-għoti ta’ servizzi finanzjarji. Ix-xhieda tiegħu6 hija wkoll
evidenza ta’ din ir-relazzjoni kuntrattwali eżistenti bejn il-partijiet. Wara li
spjega l-għanijiet tiegħu u ta’ martu Michelina Calleja dwar l-investiment li
2 Ara Q.App.Ċiv. nru. 323/14, Roland Darmanin Kissaun u b’digriet tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-Qorti laqgħet it-talba biex l-atti
tal-kawża jiġu trasfużi f’isem Maria Dolores Darmanin Kissaun, u dan stante l-mewt ta’ Roland Darmanin Kissaun vs. Global
Capital Financial Management Limited (C30053), 29.03/2019.
3 A fol. 14 tal-atti tal-Arbitraġġ.
4 A fol. 13.
5 A fol. 15.
6 A fol. 67.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 26 minn 42
xtaqu jagħmlu, huwa jgħid li kien għalhekk li huwa fittex is-servizzi tas-soċjetà
appellanta.
16. Minn dan kollu m’hemm l-ebda dubju li r-relazzjoni ġuridika li nħolqot
bejn il-partijiet, kienet waħda kuntrattwali msejsa fuq l-għoti ta’ servizzi
finanzjarji u għalhekk mhijiex applikabbli l-preskrizzjoni prevvista fl-artikolu
2153 tal-Kap. 16.7
17. Għall-istess raġuni, din il-Qorti tqis li mhux rilevanti ir-riferiment li
għamlet is-soċjetà appellanta għas-sentenza fl-ismijiet Carmel Ciscaldi et vs
GlobalCapital Financial Management Ltd.
8 Wara li dik il-Qorti aċċettat largument tas-soċjetà konvenuta li “...huma l-kawżali attriċi li jiddeterminaw ilbażi tal-azzjoni u għalhekk il-preskrizzjoni applikabbli għalihom”, u kkunsidrat
li “... l-ewwel żewġ talbiet attrici m’humiex riferibbli għal ksur da parti tassoċjetà konvenuta tal-obbligi kuntrattwali per se iżda għall-allegat ksur tal-liġi,
senjatament l-artikolu 51A, 51B, 51C, 51D u 51E tal-Kap 378 tal-Liġijiet ta’
Malta (l-ewwel talba) u l-allegat ksur tad-dmirijiet fiduċjarji tagħha skont il-liġi
u tal-Istandard Licence Conditions u Regolamenti dwar l-Investimenti tal-MFSA
(it-tieni talba)”, iddeċidiet li l-kolpa attribwita lis-soċjetà konvenuta kienet
waħda akwiljana li għaliha kienet applikabbli l-preskrizzjoni ta’ sentejn a tenur
tal-artikolu 2153 tal-Kap. 16. Fil-każ odjern, kemm il-premessi kif ukoll ilkawżali tal-ilment imressaq mill-appellata quddiem l-Arbitru, ma jqegħdux lazzjoni odjerna taħt il-kolpa akwiljana.
7 Ara P.A., Mario Pace vs Corinthia Palace Hotel Company Limited et, 13.06.13.
8 P.A., 05.05.2017.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 27 minn 42
18. Il-Qorti ser tgħaddi sabiex tikkunsidra t-tielet preskrizzjoni eċċepita missoċjetà appellanta, jiġifieri dik li jipprovdi għaliha l-paragrafu (f) tal-artikolu
2156 tal-Kap. 16:
“(f) l-azzjonijiet għall-ħlas ta’ kull kreditu ieħor li ġej minn operazzjonijiet
kummerċjali jew minn ħwejjeġ oħra, meta l-kreditu ma jkunx jaqa’, skont din
il-liġi jew liġijiet oħra, taħt preskrizzjoni aqsar, jew ma jkunx jirriżulta minn att
pubbliku.”
19. L-Arbitru għal darb’oħra hawnhekk ma laqax l-eċċezzjoni talpreskrizzjoni tas-soċjetà appellanta taħt dan il-paragrafu tal-liġi. L-Arbitru qal li
s-soċjetà appellanta ma ressqet l-ebda prova fir-rigward tal-preskrizzjoni
eċċepita minnha, għalkemm sostniet li tali preskrizzjoni għandha tibda
tiddekorri mill-25 ta’ Lulju, 2008, jiġifieri d-data meta nbiegħ il-prodott lillappellata. L-Arbitru jsostni li d-data minn meta tibda tiddekorri l-preskrizzjoni
kienet dik meta l-investitur ikun oġġettivament f’qagħda li jittenta l-azzjoni
tiegħu kontra l-provditur tas-servizz. Il-Qorti tikkondividi l-ħsieb tal-Arbitru
filwaqt li tirrileva wkoll li mhux ċar, minn dak li qiegħda tissottometti s-soċjetà
appellanta, kif din il-preskrizzjoni tapplika għall-każ odjern fid-dawl tal-provi
mressqa minnha. Ma tarax kif dak li jixhdu d-dokumenti esebiti jista’ jinkwadra
ruħu fiċ-ċirkostanzi kontemplati fil-paragrafu tal-liġi fuq ċitat. Dan minbarra lfatt li l-istess soċjetà appellanta qiegħda teċċepixxi preskrizzjonijiet li huma
applikabbli għal relazzjonijiet ġuridiċi, jiġifieri dik ta’ kulpa akwiljana u dik
kuntrattwali, li ma jistgħux jirriżultaw mill-istess ċirkostanza.
9
20. Għaldaqstant din il-Qorti ma ssibx l-ewwel aggravju tal-appellanta
ġustifikat u qiegħda tiċħdu.
9 Ara P.A., Mario Pace vs Corinthia Palace Hotel Company Limited (C257) et, 13.06.13.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 28 minn 42
It-tieni u t-tielet aggravji: l-Arbitru naqas milli jikkunsidra l-effett tal-kriżi
finanzjarja dinjija li tfaċċat wara li sar l-investiment
u ma indagax x’kien in-ness kawżali għat-telf
ilmentat mill-appellat
21. Il-Qorti ser tikkunsidra dawn iż-żewg aggravji flimkien peress li lkonsiderazzjonijiet tagħha huma rilevanti fir-rigward ta’ kull waħda minn dawk
l-aggravji. Is-soċjetà appellanta tispjega t-tieni aggravju tagħha billi tgħid li lArbitru ddeċieda dwar il-ħames eċċezzjoni tagħha billi osserva li huwa kien
qed iqis “dak li ġara qabel u waqt il-bejgħ tal-prodott u mhux dak li ġara
wara”. Tissottometti li dan intqal mill-Arbitru hekk kif kien għadu kif ddeċieda
li fir-rigward tal-preskrizzjoni huwa ma kienx ser jieħu konjizzjoni tad-data tallaqgħa fejn sar il-bejgħ tal-prodott, iżda kien ser jagħti każ biss dak li ġara
wara. Tgħid ukoll li l-Arbitru naqas milli jikkunsidra għalkollox l-effett tal-kriżi
finanzjarja li kienet tefgħet il-baħar is-swieq finanzjarji. Dwar it-tielet aggravju,
is-soċjetà appellanta tissottometti li l-Arbitru naqas milli jikkunsidra jekk l-ksur
regolatorju effettivament kienx il-kawża prossima tat-telf ilmentat millappellat. Tissottometti li ma kienet tirriżulta l-ebda prova dwar xi azzjoni jew
omissjoni da parti tagħha li waslet għal dak it-telf u l-Arbitru ddeċieda l-ilment
tal-appellat bl-istess mod li wieħed jiddeċiedi ksur ta’ regolamenti u liġijiet billi
jinfliġġi piena. Is-soċjetà appellanta tgħid li ma kienx kontestat li l-funzjoni
tagħha fit-tranżazzjoni kienet ta’ intermedjarju, iżda t-telf li ġarrab l-appellat
seħħ għar-raġunijiet li hija ma kellhiex kontroll fuqhom, u dan kif spjegat finnota ta’ sottomissjonijiet tagħha quddiem l-Arbitru, u anki fir-relazzjoni talespert Dr Michael Desmond Fitzgerald. Tkompli tgħid li għal darb’oħra lArbitru hawnhekk naqas milli jieħu inkonsiderazzjoni r-raġuni għaliex l-
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 29 minn 42
investiment ikkolassa u hawnhekk hija tagħmel riferiment għallapproprijazzjoni li kienet saret mill-fundatur tas-soċjetà estera Keydata, u
tistieden lil din il-Qorti sabiex tagħmel riferiment għar-relazzjoni fuq
imsemmija u annessa mar-rikors tal-appell tagħha.
22. Min-naħa tiegħu, l-appellat jikkontesta l-aggravji billi filwaqt li jaċċenna
għad-diversi nuqqasijiet tas-soċjetà appellanta, jsostni li din tal-aħħar kienet
qarrqet bl-appellat u mxiet b’mod skorrett fil-konfront tiegħu.
23. Fir-rigward tat-tieni aggravju mressaq mis-soċjetà appellanta, il-Qorti
taqbel mal-fehma tal-Arbitru. Iż-żmien meta inbiegħ il-prodott, jiġifieri dak li
seħħ qabel u anki dak li seħħ fil-mument tal-bejgħ inkwistjoni bejn il-partijiet,
huwa dak iż-żmien rilevanti għall-Qorti meta tiġi mitluba tindaga dwar irresponsabbilità tal-provditur tas-servizz għal dak il-bejgħ. Ċertament jekk filkaż odjern kien irriżulta li l-prodott inbiegħ sew u nstab li s-soċjetà appellanta
ma kellha l-ebda responsabbilità għat-telf imġarrab mill-appellat, il-kriżi
finanzjarja dinjija u l-falliment tas-soċjetà estera Keydata kienu jkunu ta’
rilevanza.
24. Għal dak li jirrigwarda t-tielet aggravju, hawnhekk ukoll il-Qorti
tikkondividi l-fehma tal-Arbitru li ma tistax tintlaqa’ l-eċċezzjoni tas-soċjetà
appellanta li hija kienet qiegħda taġixxi bħala intermedjarju. Is-soċjetà
appellanta tinsisti li l-Arbitru naqas milli jfittex jekk il-kawża prossima tat-telf
imġarrab mill-appellat kienx proprju l-ksur regolatorju li seħħ da parti talimsemmija soċjetà appellanta. Tinsisti li hija kienet biss intermedjarju fil-bejgħ
tal-investiment u ma tressqet l-ebda prova sabiex jintwera li kien proprju l-aġir
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 30 minn 42
jew l-omissjoni da parti tagħha li kkawża t-telf. Sabiex tittenta tiġġustifika
għaliex il-prodott mar ħażin, is-soċjetà appellanta tagħmel riferiment għal
rapport ta’ Dr Michael Desmond Fitzgerald ippreżentat minnha stess flimkien
mar-rikors tal-appell tagħha. Jiġi rilevat li dan ir-rapport ġie redatt f’Ottubru,
2017, jiġifieri fiż-żmien meta kien qed jinstema’ l-ilment tal-appellata quddiem
l-Arbitru, u ma tirriżulta l-ebda raġuni għaliex ma setax jitressaq fl-atti talarbitraġġ sabiex b’hekk l-Arbitru seta’ wkoll jieħu konjizzjoni tiegħu. Ċertament
skont l-insenjament ta’ din il-Qorti, l-istadju tal-appell mhux il-waqt meta
għandu jiġi ppreżentat dan id-dokument, għaliex altrimenti ma jkunx qed iħalli
lok għall-eżami doppju rikjest mil-liġi. Fir-rigward tal-aggravju proprju, il-Qorti
tirrileva li hawnhekk ukoll mhux rilevanti dak li seħħ sussegwenti għall-bejgħ
tal-prodott u huma ċ-ċirkostanzi li jirriżultaw kemm qabel kif ukoll fil-ħin talbejgħ li għandhom jiġu meqjusa għall-finijiet ta’ responsabbilità għat-telf
allegat mill-appellat.
25. Din il-Qorti tagħraf li l-Arbitru sejjes id-deċiżjoni finali tiegħu fuq ilkriterji neċessarji sabiex jiġi sodisfatt is-suitability test kif imfisser fir-Regola
2.16 tal-Investment Services Rules for Investment Services Providers, PART B:
Standard Licence Conditions (SLC)10 [minn issa ’l quddiem “ir-Regoli”]. Il-Qorti
tgħid li l-Arbitru kien hawnhekk diġà kien sab li hemm ksur regolatorju da parti
tas-soċjetà appellanta, u tagħraf li huwa proprju permezz ta’ dan l-eżami li
għandu jinstab in-ness li skont is-soċjetà appellanta huwa nieqes bejn il-ksur
regolatorju u t-telf imġarrab mill-appellat.
10 Li ġew fis-seħħ fl-01.11.07.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 31 minn 42
26. Tqis li l-Arbitru sab li l-ewwel kriterju ma kienx sodisfatt għaliex ilprodott ma kienx jilħaq l-objettiv li ma jipperikolax il-kapital, u dan
b’riferiment għall-brochure minn fejn kien jirriżulta li l-prodott Lifemark li kellu
diversi riskji li skont l-appellat ma ġewx spjegati lilhom, u wkoll b’riferiment
għall-profil tal-istess appellat u l-aspirazzjonijiet tiegħu fl-età tal-irtirar mixxogħol. Anki t-tieni kriterju, irrileva l-Arbitru, ma kienx sodisfatt għaliex lappellat kien biss retail client u ma kienx għamel sensiela ta’ investimenti
qabel ma nbiegħ lilu l-prodott inkwistjoni. L-Arbitru sab ukoll li l-aħħar kriterju
tal-‘loss absorption capacity’ ma kienx sodisfatt ukoll meta wieħed iqis li l-flus
investiti fil-prodott kienu jirrappreżentaw in-nofs tas-somma li huwa kien
irċieva meta rtira u ma kien hemm l-ebda prova li huwa kellu xi flejjes oħra li
setgħu jagħmlu tajjeb fl-eventwalità ta’ telf ta’ dan il-kapital. B’hekk l-Arbitru
sab li s-soċjetà appellanta ma kinitx ottemporat ruħha mar-Regoli 2.16 sa 2.20
u 2.22 u 2.24 u li skont is-Suitability Test il-prodott ma kellux jinbiegħ lillappellat, u għalhekk dan inbiegħ ħażin.
27. Din il-Qorti taqbel mal-osservazzjonijiet kollha li saru mill-Arbitru, li kif
ingħad, huma magħmulin fid-dawl ta’ dak li jipprovdu r-Regoli.
28. Għal dak li jirrigwarda l-ewwel rekwiżit, jiġifieri li t-transazzjoni
rakkomandata lill-klijent jew magħżula mill-klijent tolqot l-objettiv tiegħu, din
il-Qorti tikkunsidra kliem l-appellat kif imfissra fl-ilment11 tiegħu:
“Sirna pensjonanti u x-xewqa tagħna kienet li niddepositaw €20,000 (€10,000 kull
persuna) li hija s-somma li ħadna kawża ta’ tmiem tal-impjieg maċ-Ċivil, fi prodott
sikur u li jirrendina dħul tajjeb ħalli inpattu ftit għat-tnaqqis fid-dħul annwali tagħna
11 A fol. 11 tal-atti.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 32 minn 42
biex nibqgħu ngħixu b’ċerta kumdità. Din għamilniha ċara iżjed minn darba. Ilprodott offrut minn GC ma offra xejn minn dan.”
Tajjeb ukoll li jsir riferiment għax-xhieda tal-appellat12 fejn ikkonferma dan listess kliem:
“Ngħid li l-għanijiet tagħna, kemm tiegħi u kemm tal-mara, kienu li ninvestu
f’kapital li jkun sikur u li jħallilna dħul biex inpatti għad-differenza fin-nuqqas li kien
se jkolli bejn il-paga u l-pensjoni; biex inkunu nistgħu ngħixu fuq l-istess livell ta’
ħajja li konna qed ngħixu u għal li jista’ jinqala’.”
U in kontroeżami13:
“...Ngħid li, dakinhar li nvestejt, kieku għaddieli minn moħħi li qed nirriskja, ma
kontx ninvesti fih. Jien żgur li ma kontx qed naħseb li qed nieħu riskju għax kieku ma
kontx ninvesti l-flus li kont ili nġemma’ ħajti kollha, anzi ngħid li kienet il-gratuity
tiegħi taċ-Ċivil. Ngħid li meta nvestejt mal-GlobalCapital ma kontx qed naħseb li qed
nagħmilhom f’bank account, però f’xi ħaġa sikura, li kif diġà għidt, tirrendili ftit dħul
biex inżid mal-pensjoni u għal li jista’ jinqala’, għax diġà konna f’età avvanzata ...
Qed niġi mistoqsi dwar klawsola li hemm fejn hemm li l-investiment jista’ jitla’ u
jinżel u nista’ ma nieħux il-flus tiegħi investiti kollha, ngħdi li dik ma qrajthiex u
lanqas qaluhieli; u li kieku qaluhieli, kont ngħid le, ma ninvestix għax riskju ma kontx
lest li nieħdu.”
29. Michael Schembri li xehed li huwa kien jokkupa l-kariga ta’ compliance
manager mas-soċjetà appellanta, ma seta’ jgħid xejn dwar dan il-każ
partikolari għaliex huwa kien beda l-impjieg tiegħu fis-sena 2015 u b’hekk hu
seta’ jixhed biss fuq dak li jirriżulta mid-dokumenti li esebixxa. Is-soċjetà
appellanta ma ressqet l-ebda prova ulterjuri dwar il-każ mertu ta’ dawn ilproċeduri li tista’ ġġib fid-dubju dak li qiegħed isostni l-appellat.
12 A fol. 70 tal-atti.
13 A fol. 134 tal-atti.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 33 minn 42
30. Kemm mix-xhieda tal-appellat u kemm mill-provi l-oħra ma jirriżultax li
kien ġie spjegat sew ir-riskju li kien ser jieħu bix-xiri tal-prodott inkwistjoni,
jiġifieri mhux biss jekk huwa kienx ser jieħu flusu lura qabel id-data ta’
maturità, iżda wkoll x’kien ir-riskju tiegħu f’każijiet bħal falliment kif fil-fatt
ġara. Dan minkejja li meta Daniela Farrugia Randon bħala impjegata tassoċjetà appellanta indikat fil-KYC li l-klijent appellat kien “...fairly conservative
but will accept a reasonable level of risk”.
14 Il-Qorti tirrileva li dan għandu
saħansitra jitqies fid-dawl tal-fatt li kienet proprju s-soċjetà appellanta
permezz tar-rappreżentanti tagħha li kienet ikkomunikat mal-appellat fejn ġie
ssuġġerit b’mod attraenti li l-flus investiti f’prodott ieħor li kien ser jagħlaq
dalwaqt, setgħu jiġu investiti fil-prodott Lifemark, mingħajr min-naħa tagħha
ma żżommilhom id-dritt tagħha għal dan is-servizz.
15 Mart l-appellat
ikkonfermat dan fix-xhieda tagħha mogħtija fl-istess seduta.
31. In-nuqqas ta’ esperjenza tal-appellat fl-investiment ta’ flusu f’prodotti
finanzjarji, huwa fattur ieħor li skont ir-Regoli għandu jittieħed
inkonsiderazzjoni għall-fini tas-suitability test.
32. Għandu mill-ewwel jingħad li l-prova dokumentarja hija xhieda tal-fatt li
s-soċjetà appellanta mingħajr dubju għarfet sew in-nuqqas ta’ esperjenza talklijent, iżda fl-istess ħin hija naqset mill-obbligi tagħha lejh. Dan jingħad
b’riferiment għall-KYC, fejn l-istess impjegata tas-soċjetà appellanta indikat li lappellat ma kellu l-ebda investiment ieħor għajr għal xi depożitu bankarju.
Għalhekk, kif sewwa josserva l-Arbitru, qabel ma xtara l-prodott Lifemark l-
14 A fol. 110 u 114 tal-atti.
15 Ara xhieda Seduta tas-07.03.17, a fol. 71 tal-atti.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 34 minn 42
appellat ma kienx għamel diversi investimenti oħra biex seta’ jingħad li huwa
akkwista l-esperjenza neċessarja sabiex jifhem in-natura u r-riskji ta’ dan ilprodott. B’hekk hawn ukoll il-Qorti ssib li t-tieni rekwiżit ma jirriżultax fil-każ
odjern. L-appellat xehed16 proprju hekk:
“Ngħid li l-investimenti tagħna kienu wieħed konservattiv, fejn aħna konna nsibu
fixed deposit tal-bank fejn il-kapital u l-imgħax kienu garantiti; u ngħid li dejjem
ħdimt ma’ bank lokali; kważi dejjem ħdimt mal-Bank of Valletta.
Ngħid li qabel dan il-prodott, is-Secure Income Bond, kont għamilt xi ħaġa ma’
GlobalCapital ukoll, li kien il-prodott Societé Generale...”.
33. Fl-aħħar nett, it-tielet rekwiżit tas-suitability test jitlob li l-klijenti jkunu
f’qagħda finanzjarja li jġorru r-riskju tal-investiment tagħhom magħmul skont
l-objettivi tagħhom ta’ investiment. Hawnhekk ukoll l-Arbitru għamel
osservazzjonijiet tajba. Jirriżulta li s-somma investita fil-prodott Lifemark millappellat kienet nofs is-somma li huwa rċieva mal-irtirar tiegħu minn maċ-Ċivil,
filwaqt li n-nofs l-ieħor ġie investit fl-istess prodott f’isem martu. Ma jirriżultax
mill-provi li l-appellat kellu xi flus jew investiment ieħor jew forsi wkoll xi assi
oħra li setgħu jagħmlu tajjeb fl-eventwalità ta’ telf tal-kapital investit filprodott Lifemark. Għalhekk din il-Qorti hija tal-fehma li l-parir mogħti missoċjetà appellanta sabiex l-appellat jinvesti s-somma ta’ €10,000 f’prodott
wieħed ta’ natura pjuttost riskjuża, ma kienx parir xieraq fil-kuntest tal-qagħda
finanzjarja tal-appellat.
34. Għal dawn ir-raġunijiet din il-Qorti ssib li t-telf li ġarrab l-appellat kienet
taħti għalih is-soċjetà appellanta stess, li fuq il-parir tagħha sar l-investiment
16 Seduta tas-07.03.17, a fol. 68.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 35 minn 42
ħażin. Il-kliem tal-appellat in kontroeżami fir-rigward ta’ dak il-parir, juri biċċar kemm l-appellat kien ġie żvijjat, saħansitra ingannat:
“Qed niġi mistoqsi dwar klawsola li hemm fejn hemm li l-investiment jista’ jitla’ u
jinżel u nista’ ma niħux il-flus tiegħi investiti kollha, ngħid li dik ma qrajthiex u lanqas
qaluhieli; u li kieku qaluhieli, kont ngħid le, ma ninvestix għax riskju ma kontx lest li
nieħdu.”17
Jingħad ukoll li minn dak li xehed l-appellat u kkonfermat minn martu wkoll18
,
jirriżulta li s-soċjetà appellanta naqset f’diversi aspetti oħra lejn il-klijenti
tagħha. Meta l-appellat flimkien ma’ martu avviċinaw lis-soċjetà appellanta
għall-fini tal-investiment ta’ flushom, din ma offriet l-ebda prodott ieħor għajr
il-prodott Lifemark, u tenut kont tan-nuqqas ta’ esperjenza tal-klijenti tagħha,
ir-responsabbilità tagħha fil-bejgħ ta’ dan il-prodott kienet hawnhekk allura
aktar oneruża. Għandu jingħad ukoll li s-soċjetà appellanta min-naħa tagħha
saħansitra ma ressqet l-ebda prova li tista’ tikkonvinċi lil din il-Qorti li hija
kienet qdiet sew dmirijietha bħala intermedjarja skont il-liċenzja maħruġa lilha
mill-MFSA. Fattur ieħor xhieda tan-nuqqasijiet da parti tas-soċjetà appellanta
huwa li, kif l-appellat u martu jistqarru, id-deskrizzjoni li ngħatat lill-klijenti talprodott Lifemark kienet pjuttost qasira u l-aċċenn dejjem kien fuq lassikurazzjoni. Jirriżulta li l-kontenut tal-File Note ma nqarax u lanqas ġie
spjegat lilhom mir-rappreżentanta tas-soċjetà appellanta fil-laqgħa li kellha
magħhom.
19 Dan ukoll fir-rigward tal-klawsola li tindika li l-investiment jista’
jitla’ u jinżel u jista’ jkun li ma jintroddux lura il-flus kollha investiti.20 Dwar
17 Ara xhieda seduta tas-27.03.18, a fol. 134 tal-atti.
18 Ara xhieda seduta tas-07.03.18, a fol. 63 u 69 tal-atti.
19 Ara kontro-eżami seduta tas-27.03.17, a fol. 134 tal-atti.
20 Ibid.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 36 minn 42
informazzjoni dokumentarja, jingħad li l-appellat ma ftakarx li kienu ngħataw
xi brochure jew dokument ieħor.
21
35. Għalhekk kemm it-tieni kif ukoll it-tielet aggravju tas-soċjetà appellanta
mhumiex ġustifikati u qegħdin jiġu miċħuda.
Ir-raba’ aggravju: ir-rimedju ma kellux ikun ħlas ta’ dak li effettivament lappellat tilef
36. Is-soċjetà appellanta tilmenta li jekk jirriżulta xi ksur regolatorju, irrimedju m’għandux ikun ħlas favur l-appellat ta’ dak li huwa tilef, għaliex tali
ksur ma setax jitqies bħala l-kawża prossima. Hija tistrieħ fuq dak li jipprovdi
għalih is-subinċiż 26(3)(ċ)(iv) tal-Kap. 555 u li fuqu tissottometti straħ ukoll lArbitru meta wasal għad-deċiżjoni tiegħu. Hawnhekk is-soċjetà appellanta għal
darb’oħra tkompli tisħaq li jekk jirriżulta li kien hemm il-ksur regolatorju
allegat, dan ma jistax jitqies li kien il-kaġun tat-telf li ġarrab l-appellat. B’hekk lArbitru kien marbut li jagħti r-rimedju kkontemplat fil-paragrafu (ċ) tassubartikolu 26(3) tal-istess liġi.
37. L-appellat jilqa’ għal dan billi jsostni li s-soċjetà appellata kienet dovuta
tħallas mhux biss il-kapital, iżda wkoll l-imgħaxijiet mid-data tal-ittra uffiċjali
notifikata lilha, bir-rata ta’ 8% fis-sena.
38. Din il-Qorti tikkunsidra li ġaladarba rriżulta li t-telf li ġarrab l-appellat
kien ir-riżultat ta’ parir u bejgħ ħażin da parti tas-soċjetà appellanta, fiċ-
21 Ibid.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 37 minn 42
ċirkostanzi tal-każ ir-rimedju ma jistax ikun għajr dak mogħti mill-Arbitru. Dan
huwa saħansitra kkontemplat mil-liġi, kif tindika s-soċjetà appellanta stess. Fiddawl tas-sottomissjonijiet tagħha u l-provi mressqa minnha, din il-Qorti ma
tarax raġuni għaliex ir-rimedju għandu jkun mod ieħor.
39. Għaldaqstant issib li dan l-aggravju mhux ġustifikat u tiċħdu.
Il-ħames aggravju: l-Arbitru kellu jnaqqas dik is-somma li tħallset lill-appellat
mis-somma dikjarata dovuta lilu
40. Dan il-ħames aggravju tas-soċjetà appellanta jirrigwarda r-rimedju
mogħti mill-Arbitru lill-appellat fejn ma sar l-ebda tnaqqis ta’ dik is-somma li
kienet diġà tħallset lilu rappreżentanti 16.1% tal-kapital investit fil-prodott
Lifemark, li kienet ta’ €1,574.93. Is-soċjetà appellanta tirrileva li l-appellat kien
tħallas ukoll l-ammont ta’ €700 rappreżentanti imgħax. Hija tikkontendi li dan
kien ser iwassal għal arrikkiment indebitu da parti tal-appellat, filwaqt li ddeċiżjoni tal-Arbitru kellha tirriżulta li hija waħda extra petita.
41. L-appellat iwieġeb billi jgħid li huwa jaqbel mad-deċiżjoni tal-Arbitru,
għaliex għalkemm huwa ma jrid xejn li mhux tiegħu, jixtieq lura dak kollu li
huwa tiegħu, flimkien mal-imgħaxijiet.
41. Id-deċiżjoni tal-Arbitru hija msejsa fuq il-fatt li huwa sab li fil-każ odjern
kien seħħ misselling tal-prodott Lifemark u li l-appellat għandu b’hekk jitpoġġa
fis-sitwazzjoni li kien fiha qabel sar l-investiment, meħud inkonsiderazzjoni lfatt li huwa kien tilef il-possibilità li jinvesti s-somma msemmija.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 38 minn 42
43. Jirriżulta mill-atti li l-appellat tħallas is-somma ta’ €1,574.9322
rappreżentanti parti mill-kapital, u anki l-ammont ta’ €70023 rappreżentanti
mgħaxijiet. Il-Qorti tikkunsidra li fl-ilment imressaq mill-appellat quddiem lArbitru, huwa talab sabiex jieħu lura l-ammont sħiħ investit, u dan blimgħaxijiet li kienu garantiti bir-rata ta’ 7% fis-sena għal ħames snin, fissomma komplessiva ta’ €3,500 u li minnhom fil-fatt tħallas pagament wieħed
biss. Għalkemm huwa minnu li l-Arbitru għandu jiddeċiedi l-ilment imressaq
quddiemu skont il-paragrafu (ċ) tas-subartikolu 19(3) tal-Kap. 555 sabiex issir
ġustizzja maż-żewġ partijiet, iżda fl-istess ħin huwa marbut bil-parametri li jiġu
stabbiliti minn dak l-ilment. Għalhekk il-Qorti tgħid li r-rimedju li għandu
jingħata lill-appellat għandu jkun l-ammont li huwa investa, li minnu għandha
titnaqqas is-somma ta’ €1,574.93 li rċieva kif fuq ingħad, flimkien malimgħaxijiet bir-rata ta’ 7% fis-sena għal ħames snin, u li minnhom ukoll għandu
jitnaqqas il-pagament ta’ €700 rappreżentanti l-pagament magħmul għal sena
waħda biss mis-soċjetà appellata fir-rigward ta’ dawk l-imgħaxijiet. B’hekk hija
dovuta s-somma komplessiva ta’ €11,225.07.
Is-sitt aggravju: il-konklużjoni tal-Arbitru hi bbażata fuq apprezzament
ħażin tal-fatti u tal-provi
44. Dan l-aggravju jittratta ilment tas-soċjetà appellanta fir-rigward talallegat apprezzament ħażin tal-fatti u tal-provi da parti tal-Arbitru u
tissottometti li hemm raġunijiet gravi biżżejjed biex din il-Qorti tirrevedi lmertu. L-aggravju huwa msejjes fuq l-allegazzjoni li mhijiex korretta l-analiżi
22 Ara kopji ittri u ċekkijiet, a fol. 122, 124, 126, 128 u 130 tal-atti tal-arbitraġġ.
23 Ara xhieda Seduta tas-27.03.17, a fol. 134 tal-atti tal-arbitraġġ.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 39 minn 42
tal-investiment min-naħa tal-Arbitru u anki ir-raġuni għaliex dan falla. Issoċjetà appellanta tagħmel riferiment għall-atti tagħha ppreżentati quddiem lArbitru, iżda anki għal relazzjoni tal-espert tekniku ex parte Dr Michael
Desmond Fitzgerald li kienet rilevanti wkoll fir-rigward tal-prodott Lifemark
mertu ta’ dawn il-proċeduri, u anki rapport ieħor dwar l-imsemmi prodott. Lappellanta tissottometti li min-naħa l-oħra ma setax jingħad li l-appellat ma
kienx jifhem x’kien ir-riskju tal-investiment u dan kien saħansitra jirriżulta millKYC24 u mill-File Note 25 li ddeskrivew l-‘investment risk profile’ tiegħu bħala
“fairly conservative with a reasonable amount of risk”. Is-soċjetà appellanta
tinsisti li huwa biss għaliex l-investiment falla li l-appellat qed jippretendi li
għandu jirkupra dak investit minnu u huwa fil-fatt mhux qed jagħmel
allegazzjoni ta’ xi ksur regolatorju. Iżda l-eżercizzju tal-Arbitru kien jixbaħ aktar
dak ta’ prosekuzzjoni u skrutinju regolatorju. Min-naħa tagħha s-soċjetà
appellanta kienet aġġixxiet sempliċement bħala intermedjarja skont il-liċenzja
maħruġa lilha, u dan filwaqt li mxiet mar-regolamenti applikabbli. Il-ġestjoni
tal-investment kienet f’idejn is-soċjetà estera Lifemark S.A. u għalhekk hija
kellha tiġi eżonerata minn kull responsabbilità għal telf ukoll għaliex ma kien
hemm l-ebda ness bejn l-involviment tagħha u l-falliment ta’ dik is-soċjetà.
45. L-appellat jikkontesta bil-qawwa kollha dan l-aggravju għaliex skont hu
minn dawk il-fatti li jaċċenna għalihom fir-risposta tiegħu, u anki mill-provi li
rriżultaw waqt it-trattazzjoni tal-ilment tiegħu, intwera b’mod inekwivoku li ssoċjetà appellanta kienet qarrqet bih u mxiet b’mod skorrett fil-konfront
tiegħu. Jissottometti li s-soċjetà appellanta kienet investiet flusu mhux b’mod
24 Dok. MS1, a fol. 105 tal-atti.
25 Dok. MS1(ii), a fol. 115 tal-atti.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 40 minn 42
sigur, anzi kif jirrileva r-rapport tal-MFSA, il-prodott Lifemark kien wasal f’punt
ta’ kriżi tenut ukoll kont tal-fatt li huwa u martu huma investituri pjuttost
konservattivi. Ma’ dan iżid jgħid li min-naħa tiegħu huwa kien tista’ tgħid
dejjem investa f’kontijiet bankarji u kellu nuqqas ta’ għarfien fir-rigward ta’
prodotti finanzjarji.
46. Aktar ’il fuq f’din is-sentenza fejn trattat it-tieni aggravju tas-soċjetà
appellanta, din il-Qorti diġà kellha l-opportunità li teżamina l-mertu, inkluż ilfatt tan-nuqqas ta’ esperjenza tal-appellat fl-investiment finanzjarju, u
għalhekk ma tarax il-ħtieġa li dan isir mill-ġdid.
47. Dwar l-ilment tas-soċjetà appellanta li l-Arbitru ma għamilx analiżi tajba
tal-prodott Lifemark, u saħansitra ma ta l-ebda raġuni għaliex dan kellu jitqies
bħala investiment ta’ riskju għoli u mhux adattat għal retail investors, din ilQorti tqis li l-Arbitru daħal sew fin-natura ta’ dan il-prodott, tant hu hekk li ma
jħallix dubju dwaru. L-Arbitru ta spjegazzjoni fil-qosor dwar il-karatteristiċi
tiegħu. Iddeskrivih bħala prodott li jagħmel parti minn dawk l-investimenti “...
Asset-Backed Securities li huma prodotti kumplessi u ta’ riskju gholi”, u rrileva
li bosta analisti ma kinux taw każ ir-riskju li wieħed kien qed jieħu fix-xiri ta’
dan il-prodott. L-Arbitru għamel riferiment għall-brochure tiegħu, li jgħid li ma
ġiex ppreżentat mill-partijiet, iżda li kien fil-pussess tal-Uffiċċju tal-Arbitru, u
osserva li kien hemm enfażi fuq il-benefiċċji tiegħu. Imma r-riskju, kemm
għaliex il-kapital ma kienx garantit, u anki għaliex kif kien se jmur kien ibbażat
fuq performance ta’ prodotti oħra simili, kien wieħed medju għal għoli.
Saħansitra l-MFSA kienet ħarget ordni għal kawtela dwar prodotti bħalu.
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 41 minn 42
48. Għal darb’oħra din il-Qorti tgħid li s-sottomissjonijiet tas-soċjetà
appellanta mhumiex ippruvati, anki minħabba nuqqas ta’ provi da parti tagħha
meta hija kellha kull opportunità li turi li allegatament l-appellat kien
konsapevoli tan-natura tal-prodott Lifemark u li t-telf imġarrab ma kienx ħtija
tagħha. Għalkemm is-soċjetà appellanta tagħraf li l-qofol tal-vertenza
jirrigwarda t-telf tal-appellat li qed jippretendi li għal dan it-telf taħti s-soċjetà
appellata, tiskarta għalkollox l-allegazzjoni ta’ aġir qarrieqi, skorrett u illegali
da parti tagħha, u tittenta titfa’ l-ħtija tat-telf fuq dak li tgħid kien il-falliment
imprevist tal-prodott Lifemark, li bl-ebda mod ma jista’ jiġi attribwit lilha bħala
intermedjarja. Iżda kif intwera aktar ’il fuq, l-Arbitru sab li l-aġir innifsu kien
jikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali u fiduċjarji tas-soċjetà appellanta. Larbitru qal li ġaladarba s-soċjetà appellanta kienet qiegħda taġixxi fil-kapaċità
konsultattiva tagħha, hija kellha tħares l-Investment Services Rules for
Investment Service Providers tal-MFSA, iżda dan m’għamlitux. Din il-Qorti tgħid
li għalhekk il-kwistjoni tal-eventwali falliment ma kinitx il-konsiderazzjoni
prinċipali li abbażi tagħha l-Arbitru wasal għad-deċiżjoni finali tiegħu.
49. Għaldaqstant din il-Qorti ssib li dan l-aħħar aggravju tal-appellanta
mhux ġustifikat u tiċħdu.
Decide
Għar-raġunijiet premessi l-Qorti tiddeċiedi dwar l-appell tas-soċjetà
appellanta billi tilqgħu limitatament u tvarja d-deċiżjoni appellata sabiex
Appell Inferjuri Numru 37/2018 LM
Qrati tal-Ġustizzja
Paġna 42 minn 42
b’hekk is-soċjetà appellanta għandha tħallas is-somma ta’ €11,225.07 lillappellat, filwaqt li tikkonfermaha fil-bqija tagħha.
L-ispejjeż marbuta mal-proċeduri tal-arbitraġġ għandhom jibqgħu kif deċiżi
fid-deċiżjoni appellata, u dawk ta’ din l-istanza għandhom jitħallsu missoċjetà appellanta.
Moqrija.
Onor. Dr Lawrence Mintoff LL.D.
Imħallef
Rosemarie Calleja
Deputat Reġistratur