Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Id-Direttiva dwar l-Inġunzjonijiet (2009/22)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tintroduċi regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġi żgurat li l-inġunzjonijiet ikunu effettivi biżżejjed biex jitwaqqaf il-ksur li jkun ta’ ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

PUNTI EWLENIN

  • L-inġunzjonijiet għandhom l-għan li jtemmu jew jipprojbixxu ksur li huwa kuntrarju għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni mwettqa minn din id-direttiva tippermetti li l-effettività ta’ dawn l-inġunzjonijiet tiżdied u li s-suq intern tal-UE jiffunzjona aktar faċilment.
  • Il-ksur inkwistjoni jinkludi dak relatat mal-kreditu għall-konsumatur, il-vjaġġi kollox kompriż,termini inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi, kuntratti li jsiru mill-bogħoduprattiki kummerċjali żleali. Lista sħiħa tad-direttivi kkonċernati tista’ tinstab fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE
  • Ir-rikors għall-inġunzjonijiet jista’ jirriżulta li:
    • jiġi ordnat it-twaqqif jew il-projbizzjoni ta’ ksur, fejn xieraq permezz ta’ proċedura sommarja;
    • jiġu eleminati l-effetti kontinwi tal-ksur, b’mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni;
    • tingħata sentenzi lill-konvenuti biex jikkonformaw ma’ deċiżjoni billi jkunu kostretti jħallsu multa.
  • Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi internazzjonali privata, il-liġi applikabbli normalment hija jew dik tal-pajjiż tal-UE fejn sar il-ksur, jew tal-pajjiż li fih jipproduċi l-effetti tiegħu.
  • L-entitajiet kwalifikati li jieħdu azzjoni għandhom interess leġittimu biex jiżguraw li jitħarsu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dan huwa l-każ għal korpi pubbliċi indipendenti, li huma speċifikament responsabbli biex jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jew l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumaturi. Lista ta’ dawn l-entitajiet ġiet ippubblikata fl-2016 mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Lista tal-awtoritajiet kwalifikati li jistgħu jieħdu azzjoni fil-każ ta’ksur intra-UE hija stabbilita mill-Kummissjoni u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, l-entitajiet kwalifikati inklużi fil-lista għandu jkollhom il-kapaċità li jibdew proċeduri quddiem l-awtoritajiet legali jew amministrattivi tal-pajjiż tal-UE fejn seħħ il-ksur.
  • Il-pajjiż tal-UE fejn tinbeda l-proċedura jista’ jiddeċiedi jekk għandux ikun hemm konsultazzjoni minn qabel bejn il-partijiet, fil-preżenza ta’ entità kwalifikata minn dak il-pajjiż jew fin-nuqqas tagħha. Jekk il-ksur ikompli għal aktar minn ġimagħtejn wara li tkun riċevuta t-talba għal konsultazzjoni, l-azzjoni għal inġunzjoni tista’ ssir immedjatament.
  • Fl-2011 sar studju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/22/KE u ntuża fit-tħejjija tar-rapport tal-Kummissjoni ppubblikat fl-2012.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2009. Id-direttiva hija kodifikazzjoni tad-Direttiva 98/27/KE li kellha tiġi inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2001.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30-36)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/22/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (COM(2012) 635 final, 6.11.2012)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/396/UE tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60-65)

Notifika mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, li tikkodifika d-Direttiva 98/27/KE, rigward l-entitajiet ikkwalifikati biex jieħdu azzjoni skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva (OJ C 361, 30.9.2016, p. 1-55)

Rettifika tan-Notifika mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, li tikkodifika d-Direttiva 98/27/KE, rigward l-entitajiet ikkwalifikati biex jieħdu azzjoni skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva (ĠU C 367, 6.10.2016, p. 6).

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.