- L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
- L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
- L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
- L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
- L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
- L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
- L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- L-Artikolu 15 - Servizz dirett
- L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Sib informazzjoni għal kull reġjun
NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri
L-aġenziji trażmettituri huma: il-qrati lokali (okrajna sodišča), il-qrati distrettwali (okrožna sodišča), il-Qorti Industrijali u tal-Affarijiet Soċjali (delovno in socialno sodišče), il-Qorti Amministrattiva (upravno sodišče), il-qrati superjuri (višja sodišča), il-Qorti Suprema (Vrhovno sodišče), il-Qorti Kostituzzjonali (Ustavno sodišče) u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (Državno odvetništvo).
L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu
Il-qrati distrettwali kollha huma aġenziji riċeventi.
L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I
Is-Slovenja se taċċetta formoli standard ta’ talbiet mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 3 - Korp ċentrali
Ministrstvo za pravosodje (il-Ministeru tal-Ġustizzja)
Župančičeva 3
SLO-1000 Ljubljana
Tel.: (+386)1369 53 42
Faks: (+386)1369 57 83
Posta elettronika: gp.mp@gov.si
L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti
Is-Slovenja se taċċetta formoli standard ta’ talbiet mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti
Skont il-liġi Slovena, dokument ma għandux għalfejn jiġi notifikat fi żmien perjodu partikulari.
L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat
Is-Slovenja se taċċetta ċertifikati mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.
L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
- Is-Slovenja ma topponix għall-possibbiltà ta’ notifika permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1).
- Is-Slovenja topponi n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji dwar persuni li jirrisjedu fis-Slovenja permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ Stat Membru ieħor, ħlief meta d-dokument jiġi notifikat liċ-ċittadin ta’ Stat Membru li fih ikun joriġina d-dokument.
L-Artikolu 15 - Servizz dirett
In-notifika diretta mhix permessa skont il-liġi Slovena.
L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
Minkejja l-Artikolu 19(1) tar-Regoament, imħallef jista’ jaqta’ sentenza anke jekk ma jiġi riċevut l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew ta’ twassil, diment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ikunu ssodisfati.
Tista’ titressaq applikazzjoni għal eżenzjoni fi żmien sena mid-data meta tinqata’ s-sentenza.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.