Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġurisprudenza disponibbli fl-Ingilterra u Wales
Ħafna mill-ġurisprudenza tal-qrati tar-Renju Unit fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales hija aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-kawżi kollha tal-Qorti Suprema u s-sentenzi sustantivi kollha tal-Qorti tal-Appell Ċivili jiġu rrappurtati. Is-sentenzi kollha tal-Qorti Amministrattiva, u wħud mis-sentenzi tal-Qorti Superjuri li jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku partikolari, jiġu ppubblikati. Sentenzi tat-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell jiġu ppubblikati jekk ikunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku. Id-deċiżjonijiet minn kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkunu anonimizzati. Deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza u tat-Tribunal Superjuri jiġu ppubblikati meta jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku.
Ladarba tinqata’ sentenza, hija normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara. Jekk is-sentenza tingħata bil-miktub, normalment tiġi ppubblikata dakinhar stess.
Bażijiet tad-dejta ġuridiċi
Sentenzi tal-House of Lords: arkivju. Il-House of Lords kienet l-ogħla Qorti tal-Appell fir-Renju Unit sat-30 ta' Lulju 2009. Is-sentenzi kollha tal-Law Lords mill-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009 huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Parlament.
Arkivji Parlamentari. Aċċess għas-sentenzi tal-House of Lords qabel l-1996 jista' jsir permezz tal-Arkivji Parlamentari. L-Arkivji fihom kawżi ta' appell u reġistri oħrajn tal-House of Lords fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha, li jmorru lura sal-1621
Is-sit elettroniku tal-Qorti Suprema. Mill-1 ta' Ottubru 2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit assumiet il-ġuriżdizzjoni dwar il-punti ġuridiċi għall-kawżi ċivili kollha fir-Renju Unit u l-kawżi kriminali kollha fl-Ingilterra u Wales u fl-Irlanda ta' Fuq. Is-sentenzi kollha jinsabu fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema.
The Incoporated Council of Law Reporting (ICLR) hija għaqda karitattiva legali stabbilita fl-1865. Huma jippubblikaw ir-rapporti ġuridiċi tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Qrati Superjuri u tal-Appell fl-Ingilterra u Wales. Ħafna mill-prodotti tagħhom huma pprovduti biss b'abbonament imma jipproduċu wkoll WLR Daily li jipprovdi taqsiriet b'xejn tal-kawżi fi żmien 24 siegħa mis-sentenza u faċilità bla ħlas ta' Tfittxija tal-Kawżi.
BAILII Il-British and Irish Legal Information Institute (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika - BAILII) jipprovdi aċċess onlajn b'xejn għal sett komprensiv ħafna ta' materjali ġuridiċi primarji Brittaniċi u Irlandiżi fosthom il-ġurisprudenza. Il-faċilità ta' tfittxija tippermetti lill-utenti jfittxu l-kawżi fi qrati speċifiċi jew madwar ġuriżdizzjonijiet multipli.
Permezz tal-Proġett Open Law, BAILII qed jidentifika wkoll kawżi prinċipali mill-imgħoddi u jagħmilhom aċċessibbli liberament u bla ħlas fuq l-internet bħala appoġġ għall-edukazzjoni ġuridika.
Reċentement BAILII kkollabora mal-ICLR u issa jipprovdi ħoloq għat-taqsiriet tas-sentenzi tal-ICLR (meta jkun hemm) bl-għażla li tixtri r-rapport awtorizzat tal-kawża mill-ICLR f'format PDF.
Il-ġabriet li ġejjin huma aċċessibbli mis-sit elettroniku ta' Bailii:
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell tal-Ingilterra u Wales (Taqsima Ċivili)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell tal-Ingilterra u Wales (Taqsima Kriminali)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti Amministrattiva)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Taqsima tal-Ammiraljat)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Taqsima tal-Kanċellerija)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti Kummerċjali)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti tal-Protezzjoni)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Uffiċċju tal-Ispejjeż tal-Qorti Superjuri)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti tal-Exchequer)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Taqsima tal-Familja)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Taqsima tal-Qorti tar-Re)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti Merkantili)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti tal-Privattivi)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Taqsima tal-Qorti tar-Reġina)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales (Qorti tat-Teknoloġija u l-Kostruzzjoni)
- Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Privattivi tal-Kontea tal-Ingilterra u Wales, tal-Qorti tal-Intrapriża tal-Proprjetà Intellettwali (mill-2013)
- Il-Qorti tal-Maġistrati tal-Ingilterra u Wales (Familja)
- Il-Qorti tal-Kontea tal-Ingilterra u Wales (Familja)
Ir-Rapporti Ingliżi (mill-1220 sal-1873) jinsabu f'CommonLII
It-Tribunali
- Deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Istandards tal-Kura tal-Ingilterra u Wales
- It-Tribunal tal-Artijiet tal-Ingilterra u Wales
BAILLII jinkludi wkoll dettalji tad-deċiżjonijiet ta’ diversi tribunali tar-Renju Unit:
- Tribunal Superjuri (Awla tal-Appelli Amministrattivi)
- Tribunal Superjuri (Awla tat-Taxxi u l-Kanċellerija)
- Tribunal Superjuri (Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil)
- Tribunal Superjuri (Awla tal-Artijiet)
- Tribunal tal-Ewwel Istanza (Awla Regolatorja Ġenerali)
- Tribunal tal-Ewwel Istanza (Awla tas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali)
- Tribunal tal-Ewwel Istanza (Taxxi)
- It-Tribunal tal-Appelli tal-Kompetizzjoni tar-Renju Unit
- Servizz ta' Soluzzjoni għat-Tilwim dwar in-Nominet UK
- Il-Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjoni
- It-Tribunal tal-Appelli Industrijali tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tar-Renju Unit
- It-Tribunal għall-Ażil u l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit
- It-Tribunal tal-Informazzjoni tar-Renju Unit inkluż il-Bord tal-Appell tas-Sigurtà Nazzjonali
- Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji Speċjali tat-Taxxa fuq id-Dħul tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tal-Kummisarji tal-Appoġġ għat-Tfal u s-Sigurtà Soċjali tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT u d-Dazji tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT u d-Dazji tar-Renju Unit (Dwana)
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT u d-Dazji tar-Renju Unit (Sisa)
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT u d-Dazji tar-Renju Unit (Taxxa fuq il-Primjum tal-Assikurazzjoni)
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT u d-Dazji tar-Renju Unit (Taxxa fuq il-Miżbliet)
Ħoloq Relatati
BAILLII House of Lords Sit elettroniku tal-Qorti Suprema ICLR
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.