Medjaturi

Ungerija

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Ungerija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Kif issib medjatur fl-Ungerija

Tista’ ssib ir-reġistru tal-medjaturi (közvetítők adatbázisa) fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi (Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium).

Din l-informazzjoni ġenerali li ġejja hija disponibbli għall-utenti:

  • Informazzjoni ġenerali dwar l-attività tal-medjazzjoni
  • Informazzjoni dwar il-medjaturi
  • Informazzjoni dwar persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi
  • L-indirizzi, il-kwalifiki, l-għarfien ta’ ilsna u l-għarfien espert tal-medjaturi u l-kontea fejn huma attivi.

Is-sit jipprovdi wkoll formoli ta’ reġistrazzjoni għal medjaturi u għal persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas u ma tapplika ebda restrizzjoni.

Kif tagħmel tiftixa għal medjatur fl-Ungerija

Is-sit fih lista ta’ medjaturi u lista ta’ persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi. Tista’ tagħmel tiftixa għall-medjaturi skont l-isem, l-għarfien ta’ lingwi u kontea tal-operat. Tista’ tagħmel tiftixa għall-persuni legali skont l-isem, il-kontea u l-isem fil-qosor.

Links relatati

Is-sit elettroniku tar-Reġistru tal-Medjaturi Ungeriżi (A magyar közvetítők adatbázisának honlapja)

L-aħħar aġġornament: 28/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.