Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Irlanda

Stabilixxi mill-ġdid Issejvja bħala PDF

Introduzzjoni

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Il-parti 9 tal-S.I. (Strument Statutorju) Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti għal dokumenti speċifiċi għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar. Il-parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti fil-Proċedimenti Ċivili tal-Qrati Distrettwali u li huma komuni għaż-żewġ oqsma.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qrati Online dan l-aħħar introduċew servizzi online li jippermettulek toħloq, tirrevedi, tħallas u tressaq talbiet, inklużi talbiet żgħar, billi toħloq kont. Is-sistema hija miftuħa għall-individwi u d-ditti legali kollha.

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Ħlas ta' miżati huwa meħtieġ meta tippreżenta d-dokumenti li ġejjin b'rabta ma' kwalunkwe Applikazzjoni għal Talbiet Żgħar mar-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar:-

  1. Meta tressaq l-Applikazzjoni inizjali.
  2. Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba.
  3. *** Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza.
  4. *** Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court.
  5. *** Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-Xhieda)

*** Dawn id-dokumenti mhumiex iddikjarati fil-Parti 9 tal-S.I. Numru 22 tal-2014, iżda huma ddikjarati fil-Parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014.

Kemm għandi nħallas?

Partita

(1)

Miżata

(2)

Dokument li għandu jiġi ttimbrat

(3)

Meta tressaq applikazzjoni lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar

EUR 25,00

L-Applikazzjoni jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar

EUR 25,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza

EUR 15,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court

EUR 25,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda)

EUR 15,00

It-Taħrika Oriġinali

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Applikazzjoni, id-dokument jintbagħat lura lir-Rikorrent u jintalab il-ħlas.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba id-dokument jiġi evalwat biex jiġi vverifikat jekk il-Konvenut għandux Kontrotalba valida. Jekk IVA, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut u jintalab il-ħlas. Jekk LE, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut, u jiġi spjegat għalfejn mhuwiex kontrotalba valida. Il-Konvenut jingħata formola ġdida ta' Avviż ta' Tilwima li trid timtela u tiġi rritornata lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza sal-limitu ta' żmien mogħti, l-Imħallef li jippresjedi jiġi nnotifikat b'dan il-fatt fid-data tal-Applikazzjoni. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja. .

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Appell lis-Circuit Court il-fajl ma jintbagħatx lis-Circuit Court. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mat-Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda), it-Taħrika ma tkunx valida.

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

Il-miżati jistgħu jitħallsu fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali bil-metodi li ġejjin:

Flus kontanti jew ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur

Il-miżati jistgħu jitħallsu wkoll billi jintbagħat ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur lill-Uffiċċju tal-Qorti Distrettwali rilevanti.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Meta tħallas f'Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali żomm ir-riċevuta li tingħata mill-Uffiċjal tal-Qorti u ppreżenta d-dokument(i) ittimbrat(i) lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.

Meta tibgħat il-ħlas permezz ta' ċekk, money order, ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur, żomm fotokopja tal-metodu ta' pagament u ċ-ċertifikat oriġinali tal-ittimbrar. Dan ikun meħtieġ bħala prova jekk il-Qorti titlob prova tal-pagament.

Meta l-Uffiċċju tat-Talbiet iż-Żgħar jirċievi l-ħlas għal kwalunkwe dokument, l-uffiċċju jittimbra d-dokument u jżomm ir-riċevuta għall-miżata mħallsa ffajljata.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020