Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Bulgarija
Il-Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa:
Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem - Vissh sadeben savet (VSS)
Ul. Saborna 9
Sofija 1000
Sakemm jinħoloq indirizz tal-posta elettronika funzjonanti, l-informazzjoni tista’ tintbagħat lil:
Martin Velichkov, martin.velichkov@mail.bg , telefown + 359 2 930 49 43
Valeri Mihaylov, valery@abv.bg , telefown + 359 2 930 49 36
Il-kodiċi tal-pajjiż
Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Bulgarija huwa: [BG]
Il-ħolqien ta’ ECLI nazzjonali
Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem adotta mudell għall-websajts tal-qrati li jinkludi taqsima dwar id-deċiżjonijiet tal-qorti li għandhom jiġu ppublikati skont l-Att Bulgaru dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali (Zakon za zashtita na lichnite danni). Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem approva wkoll il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti permezz ta' interfaċċja ċentralizzata fuq l-internet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 17/12/2018