Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Ungerija


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ungerija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Fl-Ungerija ordnijiet ta' ħlas jinħarġu min-nutara (nutara tal-liġi ċivili). In-nutara kollha għandhom il-kompetenza li tkopri t-territorju kollu tal-Ungerija.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Fl-Ungerija, il-qorti kompetenti hija l-qorti li ħarġet l-ordni Ewropew ta' ħlas fil-każ in kwistjoni.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Fl-Ungerija, il-komunikazzjoni tista' ssir bil-posta jew personalment, direttament lin-nutara (fl-Ungerija l-proċedura ta' ordni ta' ħlas taqa' taħt il-kompetenza tan-nutara tal-liġi ċivili).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Traduzzjoni għall-Ungeriż għandha dejjem tkun fornita ma' ordni ta' ħlas Ewropea maħruġa għal eżekuzzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2017