Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Litwanja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Litwanja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Skont l-Artikolu 20 tal-Liġi, applikazzjonijiet għal ordnijiet ta' ħlas Ewropej għandhom jiġu ppreżentati skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni mniżżla fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Valstybės Žinios, 2002, Nru 36-1340) (lill-qorti tad-distrett f’każijiet fejn l-ammont tat-talba ma tmurx lil hinn minn LTL 100 000, u lill-qorti tal-kontea f’każijiet fejn l-ammont tat-talba ma jeċċediex LTL 100 000). Wara li teżamina l-applikazzjoni l-qorti kompetenti għandha jkollha ġurisdizzjoni li toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Skont l-Artikolu 23 tal-Liġi, ir-raġunijiet tal-ordni ta’ ħlas Ewropea kif speċifikat fl-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhom jiġu riveduti mill-qorti li ħarġet l-ordni ta’ ħlas Ewropea. Wara li tiġi ammessa l-applikazzjoni għar-reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-qorti għandha tibgħat kopji tal-applikazzjoni u l-appendiċi tagħha lil min għamel it-talba u għandha tinforma lil dan tal-aħħar sabiex jissottometti risposta lill-applikazzjoni bil-miktub fi żmien 14-il jum wara li ħarġet l-applikazzjoni. Il-qorti għandha teżamina l-applikazzjoni preżentata sabiex tirrevedi l-ordni ta’ ħlas Ewropea permezz ta’ proċedura bil-miktub mhux aktar tard minn 14-il jum wara li għalaq il-limitu taż-żmien li tiġi sottomessa r-risposta għall-applikazzjoni u għandha tgħaddi ordni dwar waħda mid-deċiżjonijiet riferuti fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament Nru 1896/2006.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

F’każijiet għal ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, dokumenti proċedurali għandhom jiġu sottomessi lill-qorti direttament jew permezz tal-posta.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

F’konformita’ mal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament 1896/2006, il-lingwa aċċetta għandha tkun it-Litwen.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2019