Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib traduttur legali jew interpretu - Spanja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjol diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek ssib interpretu jew traduttur legali fi Spanja.


Kif issib interpretu jew traduttur legali fi Spanja

L-interpreti u t-tradutturi ġuramentati mhumiex regolati b’mod eżawrjenti fi Spanja.

L-Artikolu 231.5 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jistipula li "Fi proċeduri bil-fomm, tista’ tingħata s-setgħa lil kwalunkwe persuna li tkun ħadet ġurament jew wegħdet li taf il-lingwa użata biex isservi bħala interpretu."

L-Artikolu 440 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali jinkorpora d-dritt li wieħed ikun assistit minn interpretu, u l-Artikolu 441 jispeċifika li “L-interpretu jintgħażel minn fost persuni kkwalifikati bħala interpreti, jekk ikun hemm fil-lokalità. Fin-nuqqas ta’ dan, għandha tinħatar persuna li tkun tgħallem il-lingwa rispettiva, u jekk lanqas hekk ma jkun hemm, tinħatar persuna li tkun taf il-lingwa msemmija.

L-Artikolu 762.8 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali jgħid li “Meta xi imputati jew xhieda ma jkunux jitkellmu jew jifhmu l-Ispanjol, il-proċeduri jkomplu skont l-Artikoli 398, 440 u 441, mingħajr il-ħtieġa li l-interpretu maħtur ikollu xi kwalifika uffiċjali”.

B’mod ġenerali, meta jkunu involuti kwistjonijiet kriminali u ċivili b’għajnuna legali, huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja (jew il-Komunitajiet Awtonomi b’ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet tal-ġustizzja) li jkun responsabbli biex iħallas lit-traduttur jew lill-interpretu, filwaqt li fi proċedimenti ċivili li ma jikkwalifikawx għall-għajnuna legali, hija l-parti kkonċernata li tħallas l-ispejjeż tat-traduttur jew tal-interpretu. Barra minn hekk, interpretu jew traduttur jintużaw ukoll f’xi proċedimenti amministrattivi, bħal pereżempju l-applikazzjonijiet għall-ażil.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jikkonċedi t-titolu ta' traduttur jew interpretu ġuramentat lill-persuni li jgħaddu minn eżamijiet apposta. Persuna b'dan it-titolu tista' tagħmel traduzzjonijiet uffiċjali.

L-aċċess għall-bażi ta' dejta tat-tradutturi fi Spanja huwa mingħajr ħlas?

Fi Spanja m’hemmx bażi ta' dejta b’informazzjoni dwar l-interpreti u t-tradutturi.

Kif tfittex traduttur legali fi Spanja

Madankollu, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni ġeneralment jippubblika lista ta’ persuni li jkunu għaddew mill-eżami biex isiru interpreti ġuramentati.

L-aċċess għal din il-lista huwa mingħajr ħlas u jinkludi lista tal-lingwi, f’ordni alfabetiku, flimkien mal-ismijiet tat-tradutturi ġuramentati f'dawk il-lingwi.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLISTA TA' TRADUTTURI ĠURAMENTATI


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019