Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kif tipproċedi? - Svezja

LISTA TAL- KONTENUT

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aħjar li tuża sistemi għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, bħall-medjazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

F'ċerti każijiet hemm dispożizzjonijiet li jgħidu li l-każ irid jitressaq f'ċertu perjodu ta' żmien, inkella jista jkun tard wisq biex wieħed jitlob għall-ħlas ta' dejn, pereżempju. Il-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża l-qorti tvarja skont it-tip ta' każ inkwistjoni. Il-mistoqsijiet marbuta mal-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża jista' jweġibhom konsulent legali jew konsulent dwar l-affarijiet tal-konsumatur, pereżempju.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

L-informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tinsab hawnhekk.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fejn tgħix int, fejn tgħix il-parti l-oħra, u fatturi oħra jistgħu jkunu importanti fejn se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

In-natura tal-każ, l-ammont kontestat u ċirkostanzi oħra jistgħu jkunu importanti fid-determinazzjoni tat-tip ta' qorti li quddiemha se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi jistgħu jiftħu kawża l-qorti b'inizjattiva tagħhom stess. Għalhekk mhemmx bżonn ta' rappreżentant jew ta' avukat fl-Isvezja. Mhemmx monopolju tal-avukati fis-sens li r-rappreżentant legali jew il-konsulent irid ikun bilfors avukat.

Fil-qosor, persuna tista' tiftaħ kawża waħedha, mingħajr ma tqabbad avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Irid jitressaq rikors quddiem il-qorti. Dan jista' jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti, impustat fil-kaxxa tal-ittri jew fil-kaxxa tal-posta, mogħti lill-uffiċjali tal-qorti, jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Isvezja, il-lingwa tal-qorti hija l-Isvediż. Rikors għalhekk irid ikun miktub bl-Isvediż. Jekk id-dokument ġie ppreżentat f'lingwa oħra, madankollu, f'ċerti każijiet il-qorti tista' tordna l-parti biex iġġib traduzzjoni tiegħu. F'ċerti każijiet eċċezzjonali, il-qorti tista' tittraduċi d-dokumenti hija stess.

Rikors irid jiġi ppreżentat bil-miktub u ffirmat personalment. Jekk ir-rikors ma jiġix iffirmat personalment iżda jiġi ppreżentat bil-faks jew posta elettronika, pereżempju, l-qorti trid titlob il-konferma tar-rikors permezz ta' dokument oriġinali ffirmat. Jekk din il-konferma ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Mhemmx rekwiżit li jgħid li jridu jintużaw formoli speċjali biex tinfetaħ kawża. Hemm formola għar-rikors għall-kawżi ċivili li tista' tintuża irrispettivament mill-ammont involut fit-tilwima inkwistjoni. Il-formola hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-Amministrazzjonit tal-Qrati Nazzjonali Svediżi bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIsvediż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Rikors irid ikun fih informazzjoni dwar il-partijiet, it-talbiet, il-bażi għat-talbiet, informazzjoni dwar il-provi li qed jintużaw u x'se turi kull biċċa prova, u informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jagħtu ġuriżdizzjoni lill-qorti biex tisma' l-kawża.

Il-provi bil-miktub li fuqhom hija bbażata l-kawża jridu jiġu ppreżentati flimkien mar-rikors.

Jekk ir-rikors ma jkunx komplut, il-qorti trid titlob informazzjoni addizzjonali. Jekk din l-informazzjoni addizzjonali ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Ir-rikorrent irid iħallas tariffa għar-rikors fil-kawżi ċivili. It-tariffa titħallas lill-qorti distrettwali ("tingsrätt") meta jiġi ppreżentat ir-rikors. It-tariffa hija ta' SEK 450 (madwar EUR 50). Jekk it-tariffa ma titħallasx, il-qorti tibgħat ordni lir-rikorrent biex iwettaq l-obbligu ta' ħlas. Jekk minkejja dan il-ħlas ma jsirx, ir-rkors jiġi miċħud.

Il-mistoqsijiet dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-avukati huma kwistjoni li trid tiġi miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. Din hija użanza kemm għal talbiet ta' ħlas bil-quddiem u minħabba fatturi sussegwenti għax-xogħol li diġa sar. Hemm regoli speċjali għall-każijiet fejn tingħata l-għajnuna legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Fl-Isvezja, każ jitqies li tressaq fid-data meta r-rikors jasal quddiem il-qorti. Ir-rikors jitqies li wasal quddiem il-qorti fid-data meta d-dokumenti jew in-notifika ta' oġġett tal-posta mħallas li fiha d-dokumenti tasal quddiem il-qorti jew għand uffiċjal debitament awtorizzat.

Jekk jista' jiġi meqjus li d-dokumenti, jew in-notifika tagħhom, ġew ippreżentanti lir-reġistru tal-qorti jew isseparati għall-qorti fl-uffiċċju tal-posta f'ċerta data, huma jitqiesu li waslu f'dik id-data jekk jaslu għand uffiċjal debitament awtorizzat fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss.

L-ebda konferma ma toħroġ awtomatikament li tgħid li l-każ jitqies li tressaq korrettament. Informazzjoni dwar dan, madankollu, tista' tinkiseb permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken") il-qorti trid tħejji skeda biex tibda tittratta l-każ malajr kemm jista' jkun. Jista' jkun hemm, madankollu, xi każijiet fejn mhemmx bżonn titlesta skeda. F'bosta każijiet, ftit hemm bażi biex titlesta skeda sakemm ma tasal ir-risposta tal-konvenut.

Dejjem tista' tinkiseb informazzjoni dwar it-trattament tal-kawża permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitiedepartementet)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali tal-Isvezja (Domstolsverket)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Nazzjonali Svediż dwar it-Taxxa (Riksskatteverket)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2015