Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Latvja


Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija)
Pils laukums 4
Riga

Telefown: +371 67514208
Linja ta’ assistenza mingħajr ħlas: +371 80001801
Fax: +371 67514209

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajpa@jpa.gov.lv
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.jpa.gov.lv/par-mums-eng

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Int tista’ tibgħat it-talba għall-kumpens mill-Istat direttament lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni għall-Għajnuna Legali mingħajr ma tapplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens taċċetta/jaċċettaw it-talba?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali taċċetta talbiet għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħhom bil-Latvjan jew bl-Ingliż. Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni għall-Għajnuna Legali m’għandhomx bżonn jiġu legalizzati, u l-formalitajiet ekwivalenti ma japplikawx għal dawn id-dokumenti.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Jekk ikun hemm bżonn li t-talba għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħha jiġu tradotti, l-ispejjeż tat-traduzzjoni jkunu koperti mill-finanzjament tal-baġit nazzjonali mogħti lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?

Int mhux se tintalab tħallas għar-rieżami tat-talba għall-kumpens mill-Istat riċevuta mingħand Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.

Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali ssib li hi meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tieħu d-deċiżjoni, int tiġi notifikat(a) kif xieraq fi żmien sebat ijiem mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat.

Id-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz speċifikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-professjonisti mediċi tagħkom?

Il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tiddeċiedi dwar l-investigazzjoni tal-esperti. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali titlob informazzjoni dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-esperti mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti.

Il-perizja tkun ibbażata fuq rekords mediċi jew fuq data oġġettiva oħra.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Jekk il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tkun iddeċidiet li titlob investigazzjoni tal-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek ikunu koperti (mill-baġit nazzjonali) skont il-proċedura u fl-ammont stabbilit bil-liġijiet u bir-regolamenti tar-Repubblika tal-Latvja.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tiddeċiedi dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat u d-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz indikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.

Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tkun teħtieġ xi informazzjoni addizzjonali mingħandek jew mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), il-perjodu għat-teħid tad-deċiżjoni jiġi sospiż sakemm tiġi riċevuta l-informazzjoni mitluba kollha.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat tintbagħat lilek bil-Latvjan ma’ traduzzjoni fil-lingwa li l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li fih tirresjedi jkun indika li jaċċetta.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Int tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din billi tippreżenta applikazzjoni għal dak l-għan lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali li tingħadda lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

M’għandekx bżonn għajnuna legali biex titlob kumpens mill-Istat. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tipprovdi l-assistenza neċessarja għall-proċess tat-talba ta’ kumpens mill-Istat.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

L-assoċjazzjoni “Skalbes” toffri linja ta’ assistenza mingħajr ħlas fuq 116006 “Linja ta’ assistenza għall-vittmi ta’ reat” (kuljum bejn is-7.00 u l-22.00), billi tipprovdi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku lill-vittmi ta’ reati, informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-vittmi (pereżempju d-drittijiet fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet għall-kumpens għad-danni, il-kumpens mill-Istat, eċċ.), is-servizzi disponibbli u s-servizzi ta’ appoġġ eżistenti għall-vittmi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2019