Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Ungerija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Ungerija.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Ungeriż?

Ir-Reġistru tal-Artijiet Ungeriż huwa ġestit mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali (Vidékfejlesztési Minisztérium) u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija .

Is-sit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (magyarországi földhivatalok) joffri informazzjoni dwar in-netwerk mifrux mal-pajjiż kollu tal-uffiċċji tal-artijiet Ungeriżi, minbarra li jipprovdi aċċess għan-netwerk istituzzjonali kollu tal-amministrazzjoni tal-artijiet, b’dettalji dwar:

  • Il-kompiti tagħhom
  • Dmirijiet u servizzi pprovduti
  • Proġetti ġodda u importanti

Tista’ tniżżel mis-sit formoli amministrattivi u taqra dwar is-servizz elettroniċi tagħna u dwar il-kundizzjonjiet biex tidħol fis-sistema. Hawnhekk, tista’ ssib anki l-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Ungeriż huwa mingħajr ħlas?

Mill-2003, l-utenti rreġistrati (il-korpi amministrattivi pubbliċi, il-banek, l-avukati, in-nutara pubbliċi, l-awtoritajiet muniċipali, aġenti tal-proprjetà immobbli, eċċ.) setgħu jaċċessaw is-servizzi onlajn (TAKARNET) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji tal-Artijiet.Id-dejta hija disponibbli soġġetta għal ħlas, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni rilevanti.

F’Ġunju 2011 tnieda s-servizz tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet (Földhivatal Online), li ċ-ċittadini jistgħu jaċċessawh direttament mill-portal tal-Gvern permezz tal-ID ċentrali tal-"gateway tal-klijenti" (ügyfélkapu), u fejn jistgħu jużaw servizzi onlajn soġġetti għal ħlas, l-istess bħall-utenti rreġistrati.

Il-klijenti tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet jistgħu jaċċessaw firxa limitata ta’ dejta bla ħlas. Madankollu, is-servizz bla ħlas ikopri biss id-dejta deskrittiva dwar il-proprjetaijiet (l-ewwel taqsima tal-karta tal-proprjetà (tulajdoni lap)). Tista’ tfittex fil-bażi tad-dejta bin-numru tal-porzjon tal-art (helyrajzi szám) jew l-indirizz tal-proprjetà. L-utenti rreġistrati u ċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi onlajn 24 siegħa kuljum permezz tal-internet.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Ungeriżi

B’mod ġenerali, tista' tfittex fuq il-bażi ta':

  • In-numru tal-porzjon tal-art;
  • L-intervall tal-porzjon tal-art;
  • L-indirizz tal-proprjetà.

L-utenti bi drittijiet speċjali (il-pulizija, l-awtoritajiet investigattivi, l-eżekuturi tal-qrati, in-nutara pubbliċi f’każijiet ta’ wirt) jistgħu jfittxu skont l-isem u d-dejta personali tal-proprjetarju u/jew tal-persuna intitolata.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Ungeriż

L-isem uffiċjali tas-sistema legali u amministrattiva li timmaniġġja r-reġistru tal-proprjeta immobbli fl-Ungerija huwa s-“sistema unifikata tar-reġistri tal-artijiet” (egységes ingatlan-nyilvántartási rendszer). Din is-sistema hija meqjusa "unifikata" għaliex id-dejta katastali tal-pjanti u d-dejta legali (telekkönyv, ‘Grundbuch’) ġew immaniġjati f’forma integrata, kemm legalment kif ukoll istituzzjonalment, sa mill-1971. Netwerk istituzzjonali wieħed li jikkonsisti fl-uffiċċji tal-artijiet kollha huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali u mill-bidliet fil-mapep tar-reġistrazzjoni tal-artijiet, u jipprovdi dejta u jwettaq kompiti oħra mal-artijiet u mal-proprjeta mibnija. Is-sistema unifikata tar-reġistru bbażat fuq it-titoli tal-Ungerija kienet l-ewwel tax-xorta tagħha fl-Ewropa.

Is-sistema Ungeriża għandha diversi skopijiet, minħabba li apparti l-attivitajiet tagħha li jkopru l-firxa sħiħa tar-reġistrazzjoni tal-artijiet hija twettaq numru ta’ kompiti oħra, bħat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ netwerk ta’ punti ta’ kontroll ġeodetiku, l-immappjar topografiku, il-konservazzjoni tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni tal-kiri tal-artijiet u l-manutenzjoni tal-konfini amministrattivi.

Din il-bażi tad-dejta pubblika u kumplessa li fiha informazzjoni dwar l-artijiet agrikoli u l-proprjetà immobbli, jiġifieri dwar uħud mill-aktar komponenti importanti tal-ħajja ekonomika, tal-agrikoltura u taċ-ċirkulazzjoni tal-kreditu, hija mmaniġġjata mill-amministrazzjoni tal-artijiet b’mod integrat u tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Ungerija. L-għan tas-sistema huwa li tgħin biex issaħħaħ id-dritt għall-proprjetà, ambjent b'saħħtu, libertà ta' impriża u kompetizzjoni, u li tirreġistra uffiċjalment sinjali naturali u artifiċjali billi tipprovdi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-artijiet awtentikata pubblikament u infrastruttura ta’ dejta spazjali.

L-għan ġenerali huwa r-reġistrazzjoni u l-immaniġġjar uffiċjali tad-dejta dwar il-proprjetà kollha tal-artijiet u proprjetà oħra, filwaqt li tiżgura s-sigurtà tad-drittijiet tas-sjieda u intitolamenti oħra relatati mal-proprjetà billi jipprovdu sistema u infrastruttura tar-reġistrazzjoni tal-artijiet uniformi u awtentikata pubblikament.

Barra minn hekk, is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-artijiet unifikata għandha żewġ għanijiet speċifiċi. L-objettiv legali tar-reġistrazzjoni tal-artijiet huwa li tipproteġi d-drittijiet relatati mal-proprjetà immobbli u d-dokumenti uffiċjali, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi ċertezza għas-sidien u d-detenturi bona fide u tippromwovi l-użu profitabbli tal-proprjeta immobbli. Min-naħa l-oħra, il-mira ekonomika tas-sistema hija li sservi ta’ bażi uniformi għall-ippjanar u għat-twaqqif tal-obbligi finanzjarji, biex tiffaċilita l-governanza u l-investiment tal-proprjetà permezz tad-dispożizzjoni tad-dejta statistika, u biex tipprovdi servizzi lis-soċjetà kollha.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-gvern (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKormányzati portál)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaA magyarországi földhivatalok hivatalos honlapja)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017