Medjazzjoni - Ġermanja


L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Ir-responsabilità għall-wasla ta' applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà hija dipendenti fuq in-natura tal-ftehim ta’ medjazzjoni. L-eżegwibbiltà ta’ ftehimiet ta' medjazzjoni hija rregolata mir-regoli ordinarji.

Dan ifisser li fil-Ġermanja, ftehimiet ta’ medjazzjoni jistgħu jiġu infurzati biss bħala ftehimiet approvati ġudizzjarji jew ġudizzjarjament ratifikati, (gerichtliche oder gerichtlich gebilligte Vergleiche, ara t-Taqsima 794(1)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO); it-Taqsimiet 86(1)(2) u 156(2) tal-Att dwar il-Proċedimenti fi Kwistjonijiet tal-Familja u fi Kwistjonijiet ta’ Ġurisdizzjoni Mhux Kontenzjuża (FamFG); it-Taqsimiet 86(1)(3) u 36 FamFG) fuq il-bażi ta’ strumenti notarili infurzabbli, (vollstreckbare notarielle Urkunden,it-Taqsimiet 794(1)(5) u 797 ZPO; it-Taqsima 86(1)(3) FamFG, it-Taqsima 794(1)(5) ZPO) jew strumenti infurzabbli mill-Uffiċċju għall-Benessri taż-Żgħażagħ li jikkonċernaw il-manutenzjoni (vollstreckbare Urkunden des Jugendamtes über Unterhalt, it-Taqsima 59(1), l-ewwel sentenza, il-punti 3 u 4, u t-Taqsima 60 tal-Volum VIII tal-Kodiċi Soċjali (SGB)), jew fuq il-bażi ta’ soluzzjonijiet imfassla minn avukati u ddikjarati infurzabbli (für vollstreckbar erklärte Anwaltsvergleiche, it-Taqsimiet 794(1)(4b), 796a u 796b ZPO), jew fuq il-bażi ta’ soluzzjonijiet infurzabbli li jinstabu quddiem korpi rikonoxxuti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim (vollstreckbare Vergleiche vor anerkannten Gütestellen, it-Taqsimiet 794(1)(1) u 797a ZPO). Il-ġuriżdizzjoni taqa' f'idejn il-qrati jew in-nutara li jkollhom il-kompetenza skont ir-regoli ordinarji, jew f'idejn il-qorti lokali fil-post fejn il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu l-uffiċċji tiegħu.

Jekk il-ftehim ta’ medjazzjoni ma jiġix infurzat f’forma xierqa, u konsegwentement ma jkunx infurzat kif inhu, is-sustanza tal-ftehim trid tinġieb quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont ir-regoli ordinarji, li mbagħad tista’ tordna l-eżekuzzjoni tagħha.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/10/2016