Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-ġurisprudenza disponibbli fl-Irlanda ta' Fuq
Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-Irlanda ta' Fuq li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tar-RU huma disponibbli għall-pubbliku.
Il-ġurisprudenza tiġi ppubblikata għal Qorti tal-Kuruna, il-High Court, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema tar-Renju Unit.
Id-deċiżjonijiet ta' ċerti kawżi tal-familja u kriminali jistgħu jkunu anonimi.
Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppublikata mill-1999 fl-Irlanda ta' Fuq. Kif tingħata sentenza, il-kawża tiġi ppubblikata normalment 24 siegħa jew ġimagħtejn wara.
Bażijiet tad-dejta ġuridiċi
Is- Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq ilu jippubblika s-sentenzi tal- Qorti tal-Kuruna, il-High Court u l-Qorti tal-Appell fuq is-sit elettroniku tiegħu mill-1999. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Is-sentenzi li huma disponibbli mill-Kumitat tal-Appell tal- House of Lords huma dawk li ngħataw bejn l-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009. F'Ottubru tal-2009 il-Qorti Suprema ħadet post il-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords u s-sentenzi tagħha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Għadd ta' repożitorji nazzjonali ġuridiċi u bażijiet tad-dejta ġuridiċi huma disponibbli.
Il-bażi tad-dejta "Bailii" (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika) fiha deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Kuruna, mill-High Court Chancery Division, High Court Family Decision, High Court Queen’s Bench, High Court Master’s Decisions, mill-Qorti tal-Appell minn Novembru 1998, mill- House of Lords mill-1838, u s-sentenzi tal-Qorti Suprema minn Ottubru 2009. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Is- sit elettroniku Bailii fih ukoll dettalji tad-deċiżjonijiet minn diversi tribunali fir-Renju Unit:
- Tribunal Superjuri (Kamra tal-Appelli Amministrattivi)
- Tribunal Superjuri (Finanzi u Taxxa)
- Tribunal Superjuri (Kamra dwar l-Artijiet)
- Tribunal tal-Prim'Istanza (Kamra għas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali)
- Tribunal tal-Prim'Istanza (Taxxa)
- It-Tribunal tal-Appelli tal-Konkorrenza tar-Renju Unit
- Servizz ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim Nominet UK
- Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjoni
- It-Tribunal tal-Appelli Industrijali tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tar-Renju Unit
- It-Tribunal għall-Ażil u l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit
- It-Tribunal tal-Informazzjoni tar-Renju Unit inkluż il-Bord tal-Appell tas-Sigurtà Nazzjonali
- Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji Speċjali tat-Taxxa fuq id-Dħul tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Għajnuna għat-Tfal tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dwana) tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dazju tas-Sisa) tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa tal-Assikurazzjoni) tar-Renju Unit
- Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa fuq il-Miżbla) tar-Renju Unit
Ħoloq Relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.