Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Proċedura dwar "l-ordni ta' pagament"

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni ta' Pagament Ewropea hija proċedura ssimplifikata għal talbiet monetarji transkonfini li mhumiex ikkontestati mill-konvenut, ibbażata fuq formoli standard.


Ġew imfassla formoli standard għall-Ordni ta' Ħlas Ewropea u huma disponibbli hawnhekk fil-lingwi kollha. Din il-link se tipprovdi wkoll aktar informazzjoni dwar liema qrati jistgħu jagħtu Ordni ta' Ħlas Ewropea u fejn għandhom jintbgħatu l-formoli tal-applikazzjoni.

Biex tinbeda l-proċedura, għandha timtela l-Formola A, fejn jingħataw id-dettalji kollha tal-partijiet u n-natura u l-ammont tat-talba. Il-qorti teżamina l-applikazzjoni, u jekk il-formola hija mimlija sewwa, il-qorti għandha toħroġ l-Ordni ta' Pagament Ewropea fi żmien 30 jum.

Imbagħad l-Ordni ta' Pagament Ewropea għandha tiġi nnotifikata lill-konvenut mill-qorti. Il-konvenut jista' jew iħallas l-ammont tat-talba, jew jikkontestah. Il-konvenut għandu 30 jum biex jippreżenta kwalunkwe dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni għall-Ordni ta' Pagament Ewropea. Jekk iseħħ dan, il-każ irid jiġi ttrasferit quddiem il-qrati ċivili normali sabiex jiġi ttrattat taħt il-liġi nazzjonali.

Jekk il-konvenut ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, l-Ordni ta' Pagament Ewropea ssir infurzabbli awtomatikament. Kopja tal-Ordni ta' Pagament Ewropea, u jekk neċessarju traduzzjoni tagħha, għandha tintbagħat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istat Membru fejn jeħtieġ li tiġi infurzata. L-infurzar iseħħ f'konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-Ordni ta' Pagament Ewropea qed tiġi infurzata. Għal dettalji dwar l-infurzar, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima rilevanti.

Ħoloq relatati

Gwida ta' Prattika għall-app likazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni ta’ Ħlas EwropeaPDF(5806 Kb)mt

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas – notifiki tal-Istati Membri u għodda ta' tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti/qrati/awtorità/awtoritajiet kompetenti

Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata, jew dwar il-proċedura għal Ordni ta' Pagament Ewropea jew dwar proċeduri nazzjonali jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkatifuq in-naħa tal-lemin.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 06/06/2016