Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Danimarka


Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiddaħħlu fl-iStatstidende u jiġu ppubblikati f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk/.

Sal-14 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende kien ippubblikat ukoll fuq karta.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi obbligatorji speċifiċi b'effett legali għaċ-ċittadini, l-impriżi u l-awtoritajiet, kif ukoll ċerti avviżi mhux obbligatorji, jiġu ppubblikati fl-iStatstidende.
Fost affarijiet oħra, jiġu ppubblikati avviżi li jikkonċernaw patrimonji ta' persuni deċeduti (eż. reklamar għall-kredituri), patrimonji falluti (eż. ordnijiet ta' falliment), riorganizzazzjonijiet tal-kumpaniji, ċitazzjonijiet u taħrikiet simili tal-qorti, bejgħ b'ordni tal-qorti u elezzjonijiet u referenda.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Jiġu ppubblikati avviżi minn qrati, minn avukati, minn istituzzjonijiet pubbliċi u minn impriżi privati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess kemm għal tiftixiet ta' darba u kemm għal tiftixiet permanenti huwa bla ħlas (ara taħt).

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Hemm tliet alternattivi ta' tiftix:

  • Tiftixa skont in-numru tal-avviż.
  • Tiftixa sempliċi: test liberu (eż. tip ta' avviż jew isem il-persuna kkonċernata), flimkien mad-data/perjodu tal-avviż.
  • Tiftixa avvanzata: restrizzjoni ta' kategorija ta' avviżi (eż. "Patrimonji ta' Persuni Deċeduti" jew "Bejgħ b'Ordni tal-Qorti" u subkategorija assoċjata) u tiftixa dwar kriterji varji skont il-kategorija magħżula (eż. l-isem, in-numru tas-CPR/CVR (in-numru ta' reġistrazzjoni personali/tan-negozju) u/jew l-indirizz tal-persuna kkonċernata mill-avviż jew mill-persuna li tkun daħlet in-notifika).

Avviżi li jkun fihom data personali li f'kuntest ieħor titqies li tkun kunfidenzjali ma tistax titfittex billi tuża l-isem jew forma oħra ta' identifikazzjoni personali bħala kriterji tat-tiftix wara sena.
L-avviżi kollha jitħassru minn statstidende.dk wara 5 snin.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-iStatstidende ilu jiġi ppubblikat elettronikament mill-2000. Mill-15 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende jiġi ppubblikat f'forma elettronika biss.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Jistgħu jiġu stabbiliti tiftixiet permanenti. Dan hu bla ħlas, imma jirrikjedi reġistrazzjoni bħala utent. Fil-prinċipju jistgħu jiġu stabbiliti sa 25 tiftixa permanenti.
Avviżi li jaqblu mal-tiftixa permanenti jingħataw bil-posta elettronika fil-format html dakinhar stess li jiġu ppubblikati.
Huwa possibbli wkoll li tabbona għall-verżjoni pdf tal-iStatstidende tal-ġurnata. B'hekk, fil-ġranet meta jkun ippubblikat l-iStatstidende, tirċievi ittra elettronika bl-iStatstidende tal-ġurnata f'format pdf.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Id-data miftuħa hija disponibbli għal kulħadd permezz tat-tiftixa REST fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk. Bħallissa għaddej xogħol ta' aġġornament tekniku tal-iStatstidende. Qed jiġi kkunsidrat jekk din l-alternattiva għandhiex tibqa' tiġi pprovduta f'din il-konnessjoni l-ġdida.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018