Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Restrizzjonijiet fuq is-suċċessjonijiet – regoli speċjali - Rumanija

1 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, ir-regoli speċjali jimponu, għal raġunijiet ekonomiċi, familjari jew soċjali, restrizzjonijiet li jikkonċernaw jew jaffettwaw is-suċċessjoni fir-rigward ta’ propjetà immobbli, ċerti intrapriżi jew kategoriji speċjali oħra li jinsabu f’dan l-Istat Membru?

Iva.

Il-liġi Rumena tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-akkwiżizzjoni tad-dritt tas-sjieda ta’ art li tinsab fir-Rumanija.

Pereżempju, il-Kostituzzjoni Rumena u r-regoli legali rilevanti jistabbilixxu li l-barranin u l-persuni apolidi jistgħu jakkwistaw id-dritt tas-sjieda privata ta’ art biss taħt il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea u minn trattati internazzjonali oħrajn li r-Rumanija hija parti fihom, fuq bażi reċiproka u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jew permezz ta’ wirt legali. Dawn il-persuni ma jistgħux jakkwistaw id-dritt tas-sjieda ta’ art permezz ta’ wirt testamentarju.

Barra minn hekk, hemm dispożizzjonijiet regolatorji speċjali li jirregolaw ċerti kategoriji ta’ oġġetti. Dawn japplikaw irrispettivament miċ-ċittadinanza tal-benefiċjarju jew minn jekk il-wirt huwiex legali jew testamentarju. Pereżempju, id-drittijiet tal-awtur jiġu trażmessi permezz ta’ wirt skont il-leġiżlazzjoni ċivili għal perjodu ta’ 70 sena, irrispettivament mid-data li fiha x-xogħol ikun ġie ppubblikat legalment.

2 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, dawn ir-regoli speċjali japplikaw għas-suċċessjoni fir-rigward tal-assi msemmija hawn fuq irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni?

Iva.

3 Skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru, jeżistu regoli speċjali biex jiżguraw konformità mar-regoli speċjali msemmija hawn fuq?

Saret dispożizzjoni legali espliċita għall-projbizzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 27/08/2019