Luk

BETAVERSIONEN AF PORTALEN ER NU TILGÆNGELIG

Besøg betaversionen af den europæiske e-justice-portal, og giv os din feedback!

 
 

Sti

  • Startside
  • ...
  • Den europæiske kendelse til sikring af bankindeståender

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet - Malta


FIND KOMPETENTE DOMSTOLE/MYNDIGHEDER

Søgeværktøjet nedenfor vil hjælpe dig med at finde den eller de domstole/myndigheder, der er kompetente for et specifikt europæiske retligt instrument. Vi har gjort alt for at sikre, at resultaterne er så nøjagtige som muligt, men der kan være exceptionelle sager om fastlæggelse af kompetence, som ikke nødvendigvis er dækket.

Malta

Den europæiske kendelse til sikring af bankindeståender


Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet

Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra

Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati

Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid

Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi

Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni

Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti

Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju

Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell

Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti

Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti

Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Il-Qorti kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili

Numru tat-telefon +356 2590 2256; Email Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet

L-awtorita' nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet hija r-Reġistratur, Qrati Ċivili u Trubunali

Numru tat-telefon +356 2590 2346/260; Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Skont il-liġi nazzjonali, il-metodu indikat fl-Artikolu 14(5)(c) huwa disponibbli - jiġifieri il-possibilta' li l-qrati jobbligaw lid-debitur li jiżvela ma' liema bank jew banek fit-territorju tiegħu huwa jkollu kont wieħed jew aktar fejn tali obbligu huwa akkumpanjat minn ordni in personam mill-qorti li tipprojbixxi l-użu, il-ġbid jew it-trasferiment minnu tal-fondi miżmumin fil-kont jew il-kontijiet tiegħu sal-ammont ippreservat mill-Ordni ta' Preservazzjoni.

Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

Il-Qorti li quddiemha jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet hija l-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha.

Numru tat-telefon: +356 2590 2256/283

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta, VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra

L-Awtorita' nominata bħala kompetenti biex tirċievi, titrażmetti jew isservi l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra hija l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali:

Numru tat-telefon: +356 2122 5401; Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaag@gov.mt

Indirizz: Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Il-Palazz, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

L-Awtorita' kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili

Numru tat-telefon: +356 2590 2256; Email Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati

Skont il-liġi nazzjonali, il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju ma jiġux preservati

Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid

Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta' Organizazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta) ma jistax jinħareġ mandat ta' sekwestru fuq is-segwenti, mingħajr bżonn li jkun hemm talba għal daqshekk mid-debitur:

(a)  salarju jew paga (magħdudin il-bonus, allowances, overtime u ħlasijiet oħra)

(b) benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jew pensjoni jew allowance oħra ta' persuna li tinħarġilha pensjoni mingħand il-Gvern

(ċ) dak li wieħed jirċievi bħala karita' jew bħala donazzjoni mingħand il-Gvern

(d)  il-legati mħollija espressament għall-manteniment, meta d-debitur ma jkollux mezzi oħra biex jgħix u l-kreditu stess ma jkunx dwar manteniment

(e) flus li għandhom jingħataw taħt titolu ta' manteniment sew jekk officio judicis kemm jekk b'kuntratt pubbliku, meta l-kreditu stess ma jkunx għall-manteniment

(f)  fuq flus li jkunu tqiegħdu għad-disposizzjoni tas-sekwestrat b'kuntratt ta' self għall-bini, kostruzzjoni u manteniment ta' djar intenzjonati għall-abitazzjoni tas-sekwestrat

(ġ) fuq faċilitajiet bankarji ta' overdraft esklużi l-credit cards li jkunu qed joperaw bihom azjendi kummerċjali mmexxija mis-sekwestrat

(ħ) fuq garanziji bankarji u ittri ta' kreditu

Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi

Skont il-liġi nazzjonali, il-banek m'humiex intitolati li jimponu tariffi.  Hemm tariffa legali relatata mad-depożitu ta' flus fil-qorti.  Iżda din it-tariffa legali hija imposta fuq kull min ġie mitlub li jiddepożita flus fil-qorti li jappartjenu lid-debitur u fuq min effettivament jiddepożita dawn il-flus.  Dan l-ammont jiġi mnaqqas mill-ammont totali ta' flus depożitati l-qorti, liema ammont irid jagħmel tajjeb għalih il-kreditur.

Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni

Il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta) jistabbilixxi t-tariffa għall-ipproċessar tal-mandat ta' sekwestru li hija Ewro 50.  Dwar l-eżekuzzjoni, it-tariffa hija ta' Ewro 7 għal kull notifika meħtieġa u Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.

Dawn it-tariffi għandhom jitħallsu dakinhar li jiġi ppreżentat l-att.

Dawn huma t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Qorti biex jiġi ppreżentat u pproċessat l-att in kwistjoni.  Għandu jiġi nnutat li dawn it-tariffi ma jinkludux l-ispejjeż dovuti lill-avukati u lill-prokuraturi legali.

Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti

Gradazzjoni ta' mandati ta' sekwestri hija magħmula fuq bażi ta' liema mandat ġie ppreżentat l-ewwel .  Kif il-banek jiġu notifikati bil-mandat ta-sekwestru huma jiddepożitaw l-ammont (jekk ikun hemm flus disponibbli) indikati f'dak il-mandat partikolari fil-qortiqabel ma jgħaddu biex jiddepożitaw ammont ta' flus sussegwenti indikat f'mandat ta' sekwestru li jiġu notifikati bih akar tard.  Dwar l-eventwali żbank tal-ammont depożitat fil-qorti mill-kreditur, jekk jirriżulta li hemm konkors ta' krediti, qabel ma jiġu żbankati l-flus, isir konkors ta' kredituri mill-qorti fuq talba tal-kredituri innifishom. Dan isir skont l-Artikolu 416 et seq tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta).

Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju

Il-Qorti ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju hija l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili

Numru tat-telefon: +356 2590 2256

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT2000, Malta

Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell

Rigward Ordni ta' Preservazzjoni wara att eżekuttiv, il-qorti li quddiemha għandu jiġi ppreżentat appell hija l-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha.  Il-limitu ta' żmien sabiex jiġi ppreżentat dan l-appell huwa ta' sitt ijiem minn meta d-digriet jinqara fil-qorti bil-miftuħ u dan skont l-Artikolu 281(4) tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (il-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta).

Dettalji dwar il-Qorti tal-Appell:

Numru tat-telefon: +356 2590 2256/283

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacourts.justice@gov.mt

Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta VLT 2000, Malta

Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti

(a) It-tariffa għall-ħruġ ta' mandat ta' sekwestru: Ewro 50 + Ewro 7 għal kull notifika + Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.

(b) Rikors ai termini tal-Artikolu 836 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li jitlob il-ħruġ ta' kontro mandat: Ewro 40 +Ewro 7.20 għal kull notifika.

(c) Kontro mandat: Ewro 20 + Ewro 7 għal kull notifika + Ewro 0.35 għal kull kopja jekk din tkun neċessarja.

Rigward rikors għal rimedju wara ħruġ ta' Ordni ta' Preservazzjoni it-tariffa hija ta' Ewro 20 għar-rikors u Ewro 7.20 għal kull notifika.

Dawn it-tariffi għandhom jitħallsu dakinhar li jiġi ppreżentat l-att.

Dawn huma t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Qorti biex jiġi ppreżentat l-att ġudizzjarju in kwistjoni.  Għandu jiġi nnutat li dawn it-tariffi ma jinkludux spejjeż dovuti lill-avukati u lill-prokuraturi legali.

Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti

Malta taċċetta biss il-Malti u l-Ingliż


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2017